breadcrumb.ecName

ESPON

Deskrizzjoni tal-programm

Objettivi ewlenin

L-għan tal-Programm ta’ Kooperazzjoni ESPON 2020 huwa li jappoġġja r-rinfurzar tal-effettività tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE u politiki u programmi settorjali oħra taħt il-Fondi Strutturali ta’ Investiment Ewropej (SIE) kif ukoll il-politiki ta’ żvilupp territorjali nazzjonali u reġjonali, permezz tal-produzzjoni, it-tixrid u l-promozzjoni ta’ evidenza territorjali li tkopri t-territorju sħiħ tat-28 Stat Membru tal-UE, kif ukoll l-4 Stati Msieħba tal-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera.

Il-prijoritajiet ta’ finanzjament

ESPON jiffoka fuq l-Objettiv Tematiku 11 “It-titjib tal-kapaċità istituzzjonali”. Madankollu, minħabba li l-11-il objettiv tematiku kollha għandhom dimensjoni jew impatt territorjali, dawn kollha huma meqjusin rilevanti biex jiġu appoġġjati mill-evidenza territorjali Ewropea prodotta, iġġenerata u mxerrda minn ESPON 2020.

L-impatti mistennija

  • Titjib fil-produzzjoni tal-evidenza territorjali permezz ta’ riċerka u analiżi applikata.
  • Aġġornament tat-trasferiment tal-għarfien u l-użu tal-appoġġ għall-utent analitiku.
  • Titjib tal-osservazzjoni territorjali u tal-għodda għall-analiżi territorjali.
  • Ilħuq u użu usa’ tal-evidenza territorjali.

Fondi

Regional Development Fund (ERDF): 41.377.019,00 €

Il-prijoritajiet tematiċi

View the data

It-tagħrif finanzjarju

Baġit totali tal-PO: 48.678.851,00 €

Kontribuzzjoni totali tal-UE: 41.377.019,00 €

View the data