URBACT

Territorial co-operation

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Programme description

Ħarsa Ġenerali lejn URBACT III

URBACT III huwa programm ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (2014-2020) iffinanzjat b’mod konġunt mill-Unjoni Ewropea (permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kważi 75 miljun euro).

URBACT III ser jaġixxi bħala programm Ewropew ta’ skambju u tagħlim li jippromwovi l-iżvilupp urban sostenibbli. Huwa ser jagħti ċ-ċans lill-bliet Ewropej jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet għall-isfidi urbani u jaqsmu l-prattiki tajbin, il-lezzjonijiet u s-soluzzjonijiet mal-partijiet interessati kollha involuti fil-politika urbana madwar l-Ewropa kollha. Il-programm ser ikopri t-28 Stat Membru kollha tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll iż-żewġ pajjiżi msieħba tan-Norveġja u l-Isvizzera.

URBACT III ser jiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien u ta’ prattika tajba bejn il-bliet u livelli oħrajn tal-gvern bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli integrat u jtejjeb l-effettività tal-politika reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni. Fit-twettiq ta’ dan, URBACT III ser jikkontribwixxi għall-miri ta’ Ewropa 2020 billi jipprovdi mekkaniżmu għall-partijiet interessati involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika urbana sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom. L-għarfien u l-ħiliet ġodda miksuba mill-parteċipazzjoni fil-programm URBACT III ser jikkontribwixxu għal bliet Ewropej aktar b’saħħithom u vibranti u jgħinu fl-indirizzar ta’ firxa ta’ kwistjonijiet urbani emerġenti marbuta mat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (it-tliet prijoritajiet ta’ Ewropa 2020).

L-Istrateġija Proposta, l-Għanijiet u l-Interventi Ewlenin għal URBACT III

Sabiex iwieġbu għall-għadd numeruż ta’ sfidi li qegħdin jiffaċċjaw iż-żoni urbani, jeħtieġ li l-amministrazzjonijiet tal-bliet ikomplu jtejbu u jibnu l-għarfien u l-ħiliet kontinwament sabiex b’hekk ikunu jistgħu jiżviluppaw u jimplimentaw politika integrata sostenibbli. Din il-kapaċità mtejba ser tħalli impatti pożittivi għall-implimentazzjoni tal-Programmi Operattivi fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 meta tissaħħaħ id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni. URBACT III ser jippermetti l-iskambju u t-tagħlim bejn l-uffiċjali eletti, uffiċjali u partijiet interessati oħrajn tal-belt; jikkontribwixxi għall-ippjanar u l-implimentazzjoni mtejba tal-approċċi urbani integrati fil-bliet Ewropej.

Il-programm URBACT III ser jiġi organizzat madwar erba’ għanijiet ewlenin:

1. Il-Kapaċità għat-Twassil tal-Politika: Sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-bliet li jiġġestixxu l-politiki u l-prattiki urbani sostenibbli b’mod integrat u parteċipattiv.

2. It-Tfassil tal-Politika: Sabiex jittejjeb it-tfassil ta’ strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni sostenibbli fil-bliet.

3. L-Implimentazzjoni tal-Politika: Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni ta’ strateġiji urbani u pjanijiet ta’ azzjoni integrati u sostenibbli fil-bliet

4. Il-Bini u l-Kondiviżjoni tal-Għarfien: Sabiex jiġi żgurat li l-prattikanti u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha jkollhom aktar aċċess għall-għarfien u jaqsmu l-għarfien dwar l-aspetti kollha tal-iżvilupp urban sostenibbli bil-għan li jtejbu l-politiki tal-iżvilupp urban.

Bil-għan li jilħaq dawn l-għanijiet, URBACT III ser jiżviluppa tliet tipi ta’ interventi: l-iskambju transnazzjonali, il-bini tal-kapaċità u l-kapitalizzazzjoni u d-disseminazzjoni. Kull wieħed minn dawn l-interventi ser jibni fuq il-punti ta’ saħħa żviluppati f’URBACT II.

Jiffoka fuq Għanijiet Tematiċi 

Għalkemm it-tip u n-natura tal-kwistjonijiet urbani jvarjaw minn belt għal oħra, URBACT III ser jiffoka b’mod partikolari fuq għadd ta’ temi komuni li jiffaċċjaw il-bliet Ewropej.

  • Għan Tematiku 1: It-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni
  • Għan Tematiku 4: Is-sostenn għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livelli baxxi ta’ karbonju fis-setturi kollha
  • Għan Tematiku 6: Il-ħarsien tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi
  • Għan Tematiku 8: Il-promozzjoni tal-impjiegi u s-sostenn għall-mobbiltà tax-xogħol
  • Għan Tematiku 9: Il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar

Din il-konċentrazzjoni ser tinkiseb permezz tal-immirar tas-sejħiet għall-proposti għall-attivitajiet ta’ URBACT III fuq dawn l-għanijiet tematiċi. 

L-impatti mistennija

  • Il-prattikanti urbani fil-bliet żiedu l-għarfien u l-kapaċità fir-rigward tal-approċċi integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli
  • Il-bliet fasslu strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli
  • Il-bliet tejbu l-prestazzjoni tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli
  • Il-prattikanti u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livelli kollha għandhom aċċess akbar għall-għarfien tematiku ta’ URBACT dwar l-iżvilupp urban sostenibbli u jagħmlu użu minnu

Regions

  • Austria
  • Belgium
  • Bulgaria
  • Croatia
  • Cyprus
  • Czech Republic
  • Denmark
  • Estonia
  • Finland
  • France
  • Germany
  • Greece
  • Hungary
  • Ireland
  • Italy
  • Latvia
  • Lithuania
  • Luxembourg
  • Malta
  • Netherlands
  • Poland
  • Portugal
  • Romania
  • Slovakia
  • Slovenia
  • Spain
  • Sweden
  • United Kingdom

Funds

  • Regional Development Fund (ERDF): 74,301,909.00 €

Thematic priorities

  • TA - Technical Assistance
  • TO11 - Better public administration

Financial information

Total OP budget: 96,324,550.00 €

Total EU contribution: 74,301,909.00 €

CCI number: 2014TC16RFIR003