breadcrumb.ecName
mt Malti

Stimulate private sector investment for economic growth

Deskrizzjoni tal-programm

Objettivi ewlenin

Il-programm ikopri l-kontribuzzjoni ta' Malta għall-Inizjattiva tal-SMEs, u jwieġeb għas-sejħa mill-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta' Ottubru 2013 li tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu minn din l-inizjattiva konġunta żviluppata mill-Kummissjoni u l-BEI biex jagħtu spinta lill-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament fl-Istati Membri.

Matul dan il-programm, Malta ser tagħmel kontribuzzjoni ta' EUR 15 il-miljun għall-inizjattiva, mill-allokazzjoni tagħha tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-2014-2020.

Is-suċċess tal-istrument finanzjarju JEREMIE fil-perjodu ta’ finanzjament 2007-2013 ħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin sabiex jespandu l-użu ta' tali mekkaniżmi mill-2014-2020.

Il-finanzjament impenjat taħt dan il-programm ser jintuża biex jiġi implimentat strument finanzjarju ġdid li jikkonsisti minn garanziji mhux limitati pprovduti mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) lill-banek Maltin, biex ikopru self ġdid għal investimenti ġodda implimentati minn SMEs benefiċjarji. Bħala riżultat, l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament sejjer jittejjeb b'mod sinifikanti, u dan sejjer jinċentivawhom biex ikomplu jinvestu fl-ekonomija u biex joħolqu l-impjiegi.

L-EUR 15-il miljun ipprovduti mill-FEŻR fl-għamla ta' garanziji huma mistennija li jikkwadruplikaw fil-valur tagħhom, u dan iwassal għal madwar EUR 60 miljun ta' self ġdid lill-SMEs.

Il-finanzjament tal-FEŻR ipprovdut taħt dan il-programm ser jiġi kkombinat ma' finanzjament addizzjonali (madwar 2 %) minn strumenti finanzjarji pprovduti fil-livell tal-UE COSME u/jew Orizzont 2020, ġestiti b'mod konġunt mill-FIE, kif ukoll b'kopertura ta' riskji għoljin ipprovduta mill-Bank Ewropew tal-Investiment.

Prijoritajiet ta' finanzjament

Il-Programm ser jiffoka fuq prijorità waħda "Insaħħu l-kompetittività tal-SMEs f'Malta"

Riżultati mistennija

  • Aktar SMEs jiksbu finanzjament ta' self mill-banek
  • Żieda fil-valur miżjud annwali għall-ekonomija Maltija sa EUR 438 miljun.

Fondi

Regional Development Fund (ERDF): 29.000.000,00 €

Il-prijoritajiet tematiċi

View the data

It-tagħrif finanzjarju

Baġit totali tal-PO: 29.000.000,00 €

Kontribuzzjoni totali tal-UE: 29.000.000,00 €

View the data