Deskrizzjoni tal-programm
Objettivi ewlenin
Il-Programm għandu l-għan li jippromwovi t-tkabbir fiż-żona Mediterranja permezz tat-trawwim ta’ kunċetti u prattiki innovattivi (teknoloġiji, governanza, servizzi innovattivi). Dan sejjer iħeġġeġ ukoll l-użu sostenibbli tar-riżorsi (naturali u kultrali) u jappoġġja l-integrazzjoni soċjali, permezz ta’ approċċ ta’ kooperazzjoni integrata u bbażata fuq it-territorju.
Il-prijoritajiet ta’ finanzjament
Il-Programm sejjer jiffoka fuq erba’ prijoritajiet ewlenin:
- Il-promozzjoni tal-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni għall-iżvilupp ta’ tkabbir intelliġenti u sostenibbli
- It-trawwim ta’ strateġiji għal emissjonijiet baxxi tal-karbonju u l-effiċjenza fl-enerġija
- Il-protezzjoni u l-promozzjoni tar-riżorsi naturali u kulturali tal-Mediterraan
- It-titjib tal-governanza transnazzjonali tal-Mediterran
L-impatti mistennija
- It-trawwim tal-innovazzjoni tal-atturi pubbliċi u privati involuti fis-setturi tat-tkabbir ekoloġiku u blu, l-industriji kreattivi u l-ekonomija soċjali, biż-żieda b’16 % tas-sehem tar-raggruppamenti innovattivi involuti fl-attivitajiet transnazzjonali;
- Iż-żieda fil-kapaċità għal ġestjoni aħjar tal-enerġija fil-bini pubbliċi permezz tal-irduppjar tan-numru ta’ pjanijiet li fihom miżuri ta’ ġestjoni tal-enerġija għall-ħażniet tal-bini pubbliċi;
- Iż-żieda tal-aċċess u l-użu ta’ sistemi tat-trasport sostenibbli permezz tal-irduppjar tas-sehem ta’ pjanijiet urbani b’azzjonijiet flessibbli għat-trasport b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi;
- It-titjib b’10 % tal-livell ta’ sostennibbiltà tat-turiżmu fir-reġjuni tal-kosta tal-Mediterran, permezz ta’ kooperazzjoni aħjar u ppjanar konġunt u integrat;
Fondi
Regional Development Fund (ERDF): 224.322.525,00 €
Il-prijoritajiet tematiċi
View the dataIt-tagħrif finanzjarju
Baġit totali tal-PO: 264.898.514,00 €
Kontribuzzjoni totali tal-UE: 224.322.525,00 €
View the data