Programm operattiv 'Italja-Malta'

Il-programm rilevanti bl-għan ta’ 'kooperazzjoni territorjali Ewropea', ikkofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

Malta

 Għodod addizzjonali

  •  
  •  Ċekken it-test  
  •  Kabbar it-test  

Fis-27 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea approvat il-programm operattiv ta’ kooperazzjoni transkonfinali “Italja-Malta 2007-2013” ta’ intervent Komunitarju mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) bl-isem ta’ “kooperazzjoni territorjali Ewropea” fl-Italja u f’Malta. In-nefqa totali tal-programm tammonta għal EUR 35 miljun. Il-kontribut tal-FEŻR għall-programm operattiv jammonta għal EUR 30 miljun. Dan il-programm jikkonċerna l-provinċji ta’ Agrigento, Caltanisetta, Ragusa, Siracusa, Tripani, il-provinċji ta’ Catania u ta’ Palermo li jmissu maż-żoni eliġibbli ta’ Sqallija, it-totalità ta’ Malta inklużi Għawdex u Kemmuna.

1. Għan u miri tal-programm

L-istrateġija ta’ kooperazzjoni transkonfinali tal-programm “Italja-Malta 2007-2013” għandu l-għan li tittejjeb u li tiġi ggarantita l-kooperazzjoni fiż-żoni bejn il-fruntieri fil-qasam ta':

  • l-aċċessibbiltà;
  • l-innovazzjoni;
  • il-protezzjoni tal-ambjent;
  • il-valorizzazzjoni tar-riżorsi naturali u kulturali;
  • it-tqassim ta’ infrastrutturi u ta’ servizzi integrati.

Il-mira tal-programm hi li tiżdied il-kompetittività, fuq livell Mediterranju, li tiġi żgurata l-koeżjoni tat-territorji u li jiġu inkuraġġuti l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

2. Effetti mistennija tal-investimenti

It-twettiq tal-programm ta’ kooperazzjoni territorjali “Italja-Malta 2007-2013” se jippermetti li:

  • jittejjeb l-aċċess għan-netwerks materjali u immaterjali u għas-servizzi ta’ trasport biex tiġi żviluppata integrazzjoni għal dawn in-netwerks u biex dawn isiru kompetittivi notevolement fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej (TENs);
  • jiġi inkuraġġut l-iżvilupp flimkien tal-innovazzjoni u tal-ispirtu ta’ intrapriża b’għan usa’ minn dak tal-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs);
  • jiġu promossi kemm il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-valorizzazzjoni flimkien tar-riżorsi naturali u kulturali kif ukoll il-prevenzjoni tar-riskji naturali u teknoloġiċi biex jiġi implimentat programm komuni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u ta’ promozzjoni kulturali fl-ambitu tal-kooperazzjoni;
  • tiġi żviluppata l-effikaċja tal-enerġija bl-użu tal-enerġiji rinnovabbli;
  • tiġi żviluppata l-kollaborazzjoni u jiġi inkuraġġut il-ħolqien ta' netwerks biex jittejjeb l-aċċess għas-servizzi pubbliċi notevolment fis-setturi tas-saħħa, tal-kultura, tat-turiżmu, tal-kwalità tal-ħajja u tal-edukazzjoni;
  • jissaħħu l-konnessjonijiet bejn iż-żoni urbani u rurali biex issir kontribuzzjoni għall-koeżjoni territorjali.

3. Prijoritajiet

Il-programm operattiv bbażat fuq tliet prijoritajiet:

Il-prijorità 1: kompetittività – innovazzjoni, riċerka u żvilupp sostenibbli [madwar 49 % tal-investiment totali]

Din l-ewwel prijorità għandha l-għan li:

  • tittejjeb l-aċċessibilità transkonfinali u li jissaħħu s-sistemi ta’ trasport b’impatt baxx fuq l-ambjent;
  • jiġi inkuraġġut il-ħolqien tan-netwerks fil-qasam tar-riċerka u tal-innovazzjoni, notevolment fis-settur tar-riċerka applikata;
  • li jiġi ppreferut l-iżvilupp flimkien tal-innovazzjoni u tal-ispirtu ta' intrapriża, bl-għan aktar wiesa' minn dak tal-kompetittività tal-SMEs, tal-industrija, tal-agrikultura, tal-artiġġjanat, tat-turiżmu u tal-kummerċ transkonfinali, bl-iskop li tinbena l-kompetittività individwali fi spażju usa', Mediterranju u Ewropew.

Il-prijorità 2: ambjent, enerġija, prevenzjoni tar-riskji [madwar 45 % tal-investiment totali]

Din il-prijorità għandha l-għan li jiġu promossi kemm il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-valorizzazzjoni flimkien tar-riżorsi naturali u kulturali kif ukoll il-prevenzjoni tar-riskji naturali u teknoloġiċi biex jiġi implimentat programm komuni fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u ta’ promozzjoni kulturali fl-ambitu tal-kooperazzjoni. Hi tappoġġja wkoll il-proġetti li jimmiraw l-ekonomija tal-enerġija u l-użu tal-enerġiji alternattivi, notevolment l-enerġija mir-riħ.

Il-prijorità 3: assistenza teknika [madwar 6 % tal-investiment totali]

Din il-prijorità għandha l-għan li jissaħħu l-kapaċitajiet tekniċi tal-awtoritajiet responsabbli mill-programm bil-mira li tkun tista' ssir ġestjoni effikaċi tal-fażijiet ta' preparazzjoni, ta' twettiq, ta' sorveljanza, ta' segwitu, ta' valutazzjoni, ta' informazzjoni u ta' kontroll tal-interventi.

Informazzjoni Finanzjarja u Teknika

Programm operattiv 'Italja-Malta'

It-Tip ta’ Intervent

Il-Programm Operattiv

Nru. tas-CCI

2007CB163PO037

Number of decision

C/2008/7336

Id-data finali ta’ l-approvazzjoni

27/11/2008

It-tkissir tal-finanzi bl-assi tal-prijorita

L-assi ta' Prijorita Investiment tal-UE Il-kontribuzzjoni Nazzjonali Pubblika Il-Kontribuzzjoni Totali Pubbliku
Kompetittività – innovazzjoni, riċerka, żvilupp sostenibbli 14 772 528 2 606 917 17 379 445
Ambjent, enerġija, prevenzjoni tar-riskji 13 566 608 2 394 107 15 960 715
Assistenza teknika 1 808 881 319 214 2 128 095
Totali 30 148 017 5 320 238 35 468 255