Navigation path

Additional tools

Komunikazzjoni tal-Politika Reġjonali tal-UE

Leġiżlazzjoni

Fid-dawl tad-daqs tal-baġit għall-politika ta’ koeżjoni tal-UE (€ 351.8 biljun fil-perjodu 2014-2020), huwa essenzjali li l-benefiċjarji potenzjali jiġu mgħarrfa bl-opportunitajiet ta’ finanzjament eżistenti u li r-riżultati ta’ dawn l-investimenti jiġu kkomunikati liċ-ċittadini.
Barra minn hekk, il-fondi pubbliċi għandhom jiġu ġestiti bl-aktar mod trasparenti sabiex ikunu miftuħin għall-iskrutinju tal-pubbliku. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni regolari u kompleta dwar l-opportunitajiet u l-programmi ta’ investiment disponibbli, u għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-proġetti u l-benefiċjarji.
Ir-regoli dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni għall-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea huma ddefiniti hawnhekk:

Fil-qosor, ir-rekwiżiti ewlenin ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-politika ta’ koeżjoni huma:
L-Istati Membri u l-awtoritajiet maniġerjali huma responsabbli għal:

  • It-tfassil ta’ strateġija ta’ komunikazzjoni għal kull programm operattiv;
  • L-istabbiliment ta’ websajt unika jew portal li jipprovdi informazzjoni dwar il-programmi operattivi kollha f’dak il-pajjiż;
  • L-avżar lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament;
  • Pubbliċità tal-kisbiet tal-politika ta’ koeżjoni liċ-ċittadini;
  • L-organizzazzjoni ta’ avveniment ta’ tnedija tal-programm;
  • Twettiq ta’ attività ta’ informazzjoni annwali ewlenija waħda;
  • Pubblikazzjoni tal-lista ta’ operazzjonijiet (proġetti u benefiċjarji), (li għandha tiġi aġġornata kull sitt xhur).

 

Il-benefiċjarji tal-proġett huma responsabbli għal:

  • It-twaħħil ta’ kartelluni u plakek permanenti fis-siti tal-proġetti tal-infrastruttura bil-kontribuzzjoni tal-pubbliku li tammonta għal aktar minn € 500 000.
  • Dawn għandhom jinkludu l-bandiera tal-UE, kif ukoll referenzi għall-UE u l-fond(i) rilevanti.
  • Il-benefiċjarji li diġà għandhom websajt iridu jirrikonoxxu l-appoġġ mogħti mill-UE fuq din il-websajt.

Hija r-responsabbiltà tal-awtorità maniġerjali ta’ programm partikolari li tiżgura li l-benefiċjarji jiġu mgħarrfa bir-responsabbiltajiet tagħhom. L-awtorità maniġerjali għandha tissorvelja wkoll il-konformità ma’ dawn ir-regoli u tissodisfa r-responsabbilitajiet ta’ komunikazzjoni tagħha stess.
Informazzjoni dwar il-logos u l-emblema tal-UE:
Il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni għall-operazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-ħolqien tal-emblema u definizzjoni tal-kuluri standard ser huma definiti f'att ta' implimentazzjoni.

L-Att ta' Implimentazzjoni b'dispożizzjonijiet rigward informazzjoni u komunikazzjoni ġie ppubblikat bil-lingwi uffiċjali kollha.

Sib aktar informazzjoni dwar l-użu tal-emblema tal-UE.

Għall-proġetti li huma kofinanzjati mill-baġit tal-programmi operattivi 2007-2013, għadhom japplikaw ir-regoli tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013!

Ir-Regolament tal-Kummissjoni 1828/2006

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a