Navigation path

Additional tools

Testi legali

Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020

L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti.

Ir-regolamenti li ġejjin kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Eur-Lex). Il-ħolqa għal Eur-Lex tagħtik aċċess għal deskrizzjoni bibljografika li tipprovdilek testi sħaħ, rettifiki u annessi (jekk hemm) u kull tagħrif siewi ieħor inkluż informazzjoni dwar il-proċeduri u r-rabta bejn id-dokumenti. Regolament Ġenerali

Ir-Regolament dwar id-dispożizzjonijiet komuni

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex

Ara wkoll dikjarazzjonijiet addizzjonali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


Regolament dwar il-FEŻR

Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex

Ara wkoll dikjarazzjonijiet addizzjonali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.


Regolament dwar l-FSE

Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tal-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar l-EKT

Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar ir-REKT

Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar l-FAEŻR

Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a