Navigation path

Additional tools

Testi legali

Impjiegi Ħarsa ġenerali lejn ir-Regolamenti 2007-2013 għall-Politika Reġjonali u ta’ Koeżjoni

L-Artikoli 158-162 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej jistipulaw li l-Unjoni għandha tippromwovi żvilupp ġenerali armonjuż u ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni. Għall-perjodu 2007-2013, l-istrumenti għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet għandhom il-bażi legali tagħhom f’pakkett ta’ ħames regolamenti adottati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew f’Lulju 2006.

Ir-regolamenti li ġejjin kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Eur-Lex). Il-ħolqa għal Eur-Lex tagħtik aċċess għal deskrizzjoni bibljografika li tipprovdilek testi sħaħ, rettifiki u annessi (jekk hemm) u kull tagħrif siewi ieħor inkluż informazzjoni dwar il-proċeduri u r-rabta bejn id-dokumenti. Regolament Ġenerali

Regolament Ġenerali

Padomes Regula (EK) Nr. 1083/2006 (2006. gada 11. jūlijs), ar ko paredz vispārīgus noteikumus par Eiropas Reģionālās attīstības fondu, Eiropas Sociālo fondu un Kohēzijas fondu un atceļ Regulu (EK) Nr. 1260/1999

Regolament Ġenerali jiddefinixxi prinċipji, regoli u standards komuni għall-implimentazzjoni tat-tliet strumenti ta' koeżjoni, Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali ((European Regional Develpment Fund) ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (European Social Fund (ESF)) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Imsejjes fuq il-prinċipju ta’ treġija mqassma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u r-reġjuni, dan ir-regolament jistipula proċess imġedded ta' programmazzjoni, imsejjes fuq il-Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Koeżjoni u s-segwitu tagħhom, kif ukoll standards komuni għall-amministrazzjoni finanzjarja, għall-kontroll u għall-evalwazzjoni. Is-sistema rriformata ta’ twettiq se tipprovdi għal treġija aktar sempliċi, proporzjonali u deċentralizzata tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament Implimentattiv

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat- 8 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Fondi strutturali u tal-Fondi ta’ koeżjoni 2007-2013 jirrappreżenta ġabra waħda ta’ regoli dettaljati dwar l-amministrazzjoni ta’ l-istrumenti finanzjarji tal-koeżjoni.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar il-FEŻR

Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999

Ir-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) jiddefinixxi r-rwol u l-oqsma ta’ interventi tiegħu bħalma huma l-promozzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati li jgħinu fit-tnaqqis tad-diskrepanzi reġjonali madwar l-Unjoni. L-ERDF se jappoġġja programmi li jindirizzaw l-iżvilupp reġjonali, il-bidla ekonomika, il-kompetittività msaħħa u l-kooperazzjoni territorjali madwar l-UE kollha. Il-prijoritajiet ta’ finanzjament jinkludu r-riċerka, l-innovazzjoni, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-prevenzjoni tar-riskju, filwaqt li l-investiment ta' l-infrastruttura jibqagħlu rwol importanti, speċjalment fir-reġjuni l-inqas żviluppati.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar l-FSE

Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) se jiġi implimentat skond l-Istrateġija Ewropea ta’ l-Impjiegi u se jiffoka fuq erba’ oqsma ewlenin: iż-żieda fl-adattabilità tal-ħaddiema u ta’ l-intrapriżi, it-titjib fl-aċċess għall-impjiegi u s-seħem fis-suq tax-xogħol, l-infurzar ta’ l-inklużjoni soċjali permezz tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-iffaċilitar ta' l-aċċess għas-suq tax-xogħol għall-persuni żvantaġġati, u l-promozzjoni tas-sħubija għar-riforma fl-oqsma ta' l-impjiegi u l-inklużjoni.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar ir-REKT

Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT)

Il-ħames regolament jintroduċi Raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (EGTC).L-għan ta’ dan l-istrument legali l-ġdid huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u/jew inter-reġjonali bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali. Dan ta’ l-aħħar għandu jiġi investit b’personalità legali għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni territorjali msejsa fuq konvenzjoni miftiehma bejn l-awtoritajiet parteċipanti nazzjonali, reġjonali, lokali jew oħrajn pubbliċi.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar il-Fond ta’ Koeżjoni

Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal- 11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94

Il-Fond ta’ Koeżjoni jikkontribwixxi għall-interventi fil-qasam tan-netwerks ta’ l-ambjent u tat-trasport trans-Ewropew. Huwa japplika għall-Istati Membri bi Dħul Gross Nazzjonali (DGN) ta’ inqas minn 90% tal-medja Komunitarja li jfisser li jkopri lill-Istati Membri l-Ġodda kif ukoll lill-Ġreċja u lill-Portugall. Spanja se tkun eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni fuq bażi tranżitorja. Fil-perjodu l-ġdid, il-Fond se jikkontribwixxi flimkien ma' l-ERDF għall-programmi multi-annwali ta' investimenti mħaddma b’mod deċentralizzat, aktar milli jkunu soġġetti għall-approvazzjoni ta’ proġetti individwali mill-Kummissjoni.

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Regolament dwar l-IPA

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

Test sħiħ tar-regolament fuq Eur-Lex


Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a