Navigation path

Additional tools

Prinċipji

Il-politika ta' Koeżjoni hi msejsa fuq erba' prinċipji ewlenin:

Konċentrazzjoni

Il-prinċipju għandu tliet aspetti:

Programmar

Il-poltika ta' koeżjoni ma tiffinanzjax proġetti individwali. Minflok, tiffinanzja programmi nazzjonali multiannwali skont l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-UE.

Għal aktar tagħrif dwar kif jaħdem l-ipprogrammar, ara l-istadji tal-politika reġjonali: pass pass.

Partenarjat

Kull programm hu żviluppat permezz ta' proċess kollettiv li jinvolvi lill-awtoritajiet fil-livell Ewropew, reġjonali u lokali, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili.

Dan il-partenarjat japplika għall-istadji kollha tal-proċess tal-ipprogrammar, mid-disinn, sal-ġestjoni, i-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Dan il-metodu jiżgura li l-azzjoni hi adatta għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet lokali u reġjonali.

Addizzjonalità

Il-finanzjament mill-fondi strutturali Ewropej ma jistax jieħu post l-infiq nazzjonali minn pajjiż membru.

Il-Kummissjoni taqbel ma' kull pajjiż dwar il-livell ta' nfiq (jew l-ekwivalenti) pubbliku eliġibbli li għandu jinżamm matul il-perjodu ta' programmar, u tivverifika l-konformità f'nofs il-perjodu ta' programmar (2018), kif ukoll fl-aħħar (2022).

L-għan hu li jiġu stabbiliti miri realistiċi iżda ambizzjużi għall-infiq pubbliku strutturali biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjoni tal-fondi strutturali żżid tabilħaqq il-valur. Bħala regola, l-infiq annwali medju f'termini reali m'għandux ikun inqas mill-perjodu ta' programmar preċedenti.

Aktar tagħrif

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a