Navigation path

Additional tools

Stadji tal-politika: pass pass

Il-politika reġjonali għandha x'taqsam mal-partijiet kollha tal-UE, u fil-livelli kollha - mill-iskala nazzjonali u mifruxa madwar l-UE, għar-reġjuni tal-Ewropa u l-komunitajiet lokali. Hija parti mill-politika ta' koeżjoni tal-UE, l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi u tappoġġja l-iżvilupp armonjuż tal-Istati Membri u r-Reġjuni tagħha. Il-politika hija implimentata mill-korpi nazzjonali u reġjonali bi sħubija mal-Kummissjoni Ewropea.
Il-qafas tal-politika ta' koeżjoni huwa stabbilit għal perjodu ta' 7 snin.  Il-perjodu attwali jkopri s-snin 2014-2020.
L-implimentazzjoni tal-politika ssegwi tliet stadji:

  • Il-baġit għall-politika u r-regoli għall-użu tiegħu huma deċiżi b'mod konġunt mill-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni. Minbarra r-regoli komuni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (l-FEŻR, l-FSE, is-CF, l-FAEŻR u l-FEMS), hemm ukoll regoli li huma speċifiċi għal kull Fond.
  • Il-prinċipji u l-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni huma rfinati permezz ta' proċess ta' konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi tal-UE. Kull Stat Membru jipproduċi abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija, li jenfasizza l-istrateġija tal-pajjiżi u jipproponi lista ta' programmi. Minbarra dan, l-Istati Membri jippreżentaw ukoll abbozz ta' programm operattiv (OP) li jkopri l-Istati Membri kollha u/jew ir-reġjuni. Ser ikun hemm ukoll programmi ta' kooperazzjoni li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed. 
  • Il-Kummissjoni tinnegozja mal-awtoritajiet nazzjonali dwar il-kontenut finali tal-Ftehim ta' Sħubija, kif ukoll kull programm. Il-programm jippreżenta l-prijoritajiet tal-pajjiż u/jew ir-reġjuni jew il-qasam ta' kooperazzjoni kkonċernat. Il-ħaddiema, l-impjegati u l-korpi tas-soċjetà ċivili kollha jistgħu jipparteċipaw fil-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-OPs.
  • Il-programmi huma implimentati mill-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom. Dan ifisser l-għażla, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni ta' mijiet ta' eluf ta' proġetti. Dan ix-xogħol huwa organizzat mill-"awtoritajiet maniġerjali" f'kull pajjiż u/jew reġjun.
  • Il-Kummissjoni timpenja l-fondi (biex tippermetti lill-pajjiżi jibdew jonfqu fuq il-programmi tagħhom).
  • Il-Kummissjoni tħallas in-nefqa ċċertifikata lil kull pajjiż.
  • Il-Kummissjoni tissorvelja kull programm, flimkien mal-pajjiż ikkonċernat.
  • Kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-pajjiżi membri jissottomettu rapporti matul il-perjodu ta' programmazzjoni kollu.

Għal aktar informazzjoni, ara r-regolament li jirregolaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a