Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Żvilupp urban

L-iżvilupp urban għandu l-għan li jippromwovi investiment, tkabbir u impjiegi sostenibbli fiż-żoni urbani tal-Ewropa. Tul l-2007-13 il-programm URBAN m'għadux jeżisti bħala inizjattiva separata u se jkun integrat fil-programmi reġjonali. Ir-regoli l-ġodda tal-Politika ta' Koeżjoni jipprovdu strumenti għat-tisħiħ tad-dimensjoni urbana fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programmi. Dawn l-istrumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jkunu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni. Il-Linji gwida Strateġiċi tal-Komunità juru tipi ta' azzjoni speċifiċi għaż-żoni urbani li jistgħu jibbenifikaw mill-fondi reġjonali tal-UE.

Il-Kommissjoni introduċiet ukoll strument ġdid biex iżżid id-disponibilità tal-kapital ta' riskju għal żoni urbani permezz tal-inizjattiva JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli f'Żoni ta' Bliet).

Għal aktar dettalji

Żvilupp urban

JESSICA

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a