Navigation path

Additional tools

A sa Ż

URBACT - Programm ta' netwerk għall-Iżvilupp Urban

In-netwerk URBACT II huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni skont l-Objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali u huwa fis-seħħ mill-2007 sal-2013. L-għan tan-netwerk hu li jistimola l-innovazzjoni fir-riġenerazzjoni urbana billi jħeġġeġ l-ibliet jidentifikaw, jittrasferixxu u jxerrdu prattiki tajba.

URBACT II ikompli fejn ħalla l-programm URBACT oriġinali, li opera mill-2002 sal-2006. URBACT ipprovda mekkaniżmu għall-ibliet biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom filwaqt i organizzaw proġetti sperimentali skont il-programmi URBAN tal-Kummissjoni.

URBACT II huwa miftuh għar-reġjuni Ewropej kollha u jifforma parti ewlenija mill-inizjattiva ġdida tal-Kummissjoni 'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika'. Il-baġit totali tan-netwerk jiswa madwar €25 miljun.

Għal aktar dettalji

Is-sit web ta' URBACT English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a