Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Koeżjoni Territorjali

It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u ekonomika permezz tat-tnaqqis tad-distakki bejn ir-reġjuni fl-UE hija objettiv ċar tal-Komunità. It-Trattat ta' Liżbona, iffirmat fl-2007, jintroduċi dimensjoni terza: il-Koeżjoni Territorjali.

L-UE fiha diversità territorjali inkredibbli. Bħala objettiv, il-Koeżjoni Territorjali tiżgura li n-nies ikunu jistgħu jisfruttaw bl-aħjar mod il-karatteristiċi tal-postijiet fejn jgħixu. L-ebda ċittadin Ewropew m'għandu jkun żvantaġġat fejn jidħlu s-servizzi pubbliċi, housing, jew opportunitajiet ta' impjieg sempliċiment minħabba li jgħix fit-tali reġjun u mhux f'ieħor. Il-Koeżjoni Territorjali timmira lejn żvilupp iktar ekwilibrat u sostenibbli.

Sabiex jinkiseb dan il-għan, neħtieġu metodu integrat. Dan ifisser koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki settorjali f'kull livell, minn dak lokali sa dak Ewropew. Ifisser ukoll kooperazzjoni aktar mill-qrib u konnessjonijiet aħjar. Bosta kwistjonijiet - tibdil fil-klima, migrazzjoni - ma jirrispettawx fruntieri normali u jistgħu jiġu indirizzati aħjar permezz ta' rispons imfassal aħjar minn bosta reġjuni jew pajjiżi.

Il-Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali pdf 52 KB English tal-Kummissjoni Ewropea, adottata fis-6 ta' Ottubru 2008, fetħet id-dibattitu u tħares lejn modi kif nistgħu nsegwu l-għan tal-Koeżjoni Territorjali.

Għal aktar dettalji

Koeżjoni Territorjali

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a