Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Għajnuna teknika

L-għajnuna teknika hija disponibbli biex tgħin lil dawk kollha kkonċernati li jimplimentaw il-programmi u proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni. Skont il-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea dan l-appoġġ finanzjarju jista' jintuża biex iħallas għat-tħejjija, il-ġestjoni, l-evelwazzjoni, is-sorveljanza, il-verifika u l-kontroll.

Il-flus għal dan it-tip ta' attivitajiet jiġi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (EFS) u l-Fond ta' Koeżjoni.

Ir-regoli tal-UE jillimitaw il-proporzjon ta' finanzjament mill-Programmi ta' Ħidma li jistgħu jiġu allokati għall-għajnuna teknika. Jekk l-għajnuna teknika titnieda minn jew f'isem il-Kummissjoni, il-limitu jkun ta' 0.25% tad-dispożizzjoni annwali għal kull fond. Jekk l-għajnuna teknika tiġi mill-Istati Membri, il-limiti jkun hekk kif ġej:

  • 4% għall-programmi li jaqgħu fl-Għanijiet ta' Konverġenza u Kompetittività u Impjiegi Reġjonali
  • 6% għall-programmi li jirċievu finanzjament taħt l-objettiv tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea

Għal aktar dettalji

Naħdmu għar-reġjuni - il-Politika Reġjonali tal-UE 2007-2013 pdf 1 MB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a