Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin. Ħlief fil-każijiet fejn l-UE jkollha kompetenza esklużiva, l-azzjoni fil-livell Ewropew m'għandhiex tittieħed sakemm ma tkunx aktar effettiva minn azzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Is-sussidjarjetà hija marbuta mill-qrib mal-prinċipji ta' proporzjonalità u neċessità. Dan ifisser li kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni m'għandhiex tmur lil hinn min-neċessarju biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat.

Is-sussedjarjetà ddaħħlet fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Art. 5) l-ewwel darba fl-1992. It-Trattat ta' Amsterdam (1997) estenda l-prinċipju, pereżempju biex il-proposti leġiżlativi kollha jiġu evalwati għall-impatt tagħhom fuq is-sussidjarjetà.

It-Trattat ta' Liżbona (iffirmat fl-2007 u qed jistenna r-ratifika) ikompli jsaħħaħ il-prinċipju. Tibdiliet speċifiċi jinkludu: aktar konsultazzjoni mal-livell lokali u reġjonali meta jiġu abbozzati l-proposti leġiżlattivi; komunikazzjoni aktar mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali waqt il-proċess leġiżlattiv.

Għal aktar dettalji

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew f'Edinburgh, 11-12 ta' Diċembru 1992 English

It-Trattati Ewropej English

It-Trattat ta' Liżbona English English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a