Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Fondi Strutturali

Għall-perjodu 2007-13, il-Politika Reġjonali hija ffinanzjata bil-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni.

Il-Fondi Strutturali għandhom żewġ partijiet: il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), li ilu jipprovdi appoġġ finanzjarju sa mill-1975 għall-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali, tibdil ekonomiku, kompetittività mtejba kif ukoll kooperazzjoni territorjali madwar l-UE; u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF), imwaqqaf fl-1958 u li jikkontribwixxi biex il-ħaddiema u l-intrapriżi jadattaw ruħhom, l-aċċess għall-impjiegi u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali ta' nies żvantaġġati, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, u l-ħolqien ta' sħubijiet li jimmaniġjaw ir-riformi fl-impjiegi.

Għal aktar dettalji

Il-Fondi Strutturali : għanijiet ewlenin

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a