Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Għajnuna tal-Istat

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna tal-istat inħolqu biex jiżguraw li r-riżorsi tal-istat ma jintużawx biex iħassru l-kompetizzjoni jew jagħtu xi vantaġġ inġust fis-suq waħdieni Ewropew.

L-għajnuna tal-istat huwa vantaġġ mogħti minn gvern li jista' jipprovdi kumpanija b'vantaġġ kompetittiv inġust fuq ir-rivali kummerċjali. Dan it-tip ta' għajnuna tal-istat jista' jitwassal b'għadd ta' metodi, bħal permezz ta' allokazzjoni għal għotjiet sussidjarji, il-proviżjoni ta' interess u nuqqas ta' taxxi jew ix-xiri ta' oġġetti u servizzi b'termini ta' preferenza.

Ir-regoli tal-UE ġeneralment jipprojbixxu l-għajnuna tal-istat sakemm ma tkunx ġustifikata skont ċerti ċirkostanzi li jkollhom x'jaqsmu ma' żvilupp ekonomiku ġenerali. Il-Kummissjoni hija inkarigata li tiżgura li r-regoli tal-għajnuna tal-istat jiġu applikati u osservati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Il-Programmi ta' Ħidma Komunitarja għall-iżvilupp reġjonali huma suġġett għal dawn ir-regoli tal-għajnuna tal-istat.

Għal aktar dettalji

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna tal-istat English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a