Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Ġestjoni maqsuma

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' finanzjament tal-UE: fondi li huma ġestiti ċentralment u direttament mill-Kummissjoni Ewropea, per eż. għar-riċerka; u fondi li l-ġestjoni tagħhom tinqasam bejn l-UE u l-Istati Membri, per eż. il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni. L-UE tafda l-ġestjoni tat-tieni tip f'idejn l-Istati Membri. Il-parti l-kbira tal-infiq jinvolvi fondi li jaqgħu taħt il-ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri tal-UE.

Għall-fondi fil-'ġestjoni maqsuma', il-Kummissjoni attwalment tħalli f'idejn l-Istati Membri fejn tidħol l-implimentazzjoni ta' programmi fuq livell nazzjonali. L-Istati Membri mbagħad jallokaw dawn il-fondi għall-benefiċjari aħħarija (per eż. kumpaniji, bdiewa, muniċipalità, eċċ.). L-Istat Membru għandu responsabbiltà ewlenija għat-twaqqif ta' sistema ta' ġestjoni u kontroll li timxi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti biex b'hekk tiżgura li din is-sistema taħdem tajjeb filwaqt li tevita u tinduna bl-irregolaritajiet u tikkoreġihom. Il-Kummissjoni għandha rwol ta' sorveljanza billi tissodisfa lilha nfisha li l-arranġamenti li jiggvernaw is-sistema ta' ġestjoni u kontrol huma konformi. Dan tagħmlu billi tivverifika li s-sistema taħdem sew u, fejn ikun hemm bżonn, tagħmel xi korrezzjonijiet finanzjarji.

Għal aktar dettalji

Naħdmu għar-reġjuni - il-Politika Reġjonali tal-UE 2007-2013 pdf 1 MB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a