Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Żvilupp Rurali

Il-politika tal-UE dwar l-Iżvilupp Rurali tgħin iż-żoni rurali jiffaċċaw l-isfidi, u hija parti mill-metodu ta' politika orizzontali għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Linji gwida Strateġiċi tal-UE jipprovdu qafas ta' politika ġenerali, u r-regoli ġenerali huma stipulati fir Regolament tal-Kunsill 1698/2005 li jistabbilixxi l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD). Ir-Regolament jidentifika tliet oqsma ta' prijorità jew 'assi':

  • it-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu u forestjarju
  • it-titjib tal-ambjent u l-kampanja
  • it-titjib tal-kwalità tal-għajxien f'żoni rurali u d-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali

Il-politika dwar l-Iżvilupp Rurali ġiet imsaħħa permezz ta' għadd ta' riformi fil-Politika tal-Agrikoltura Komuni (PAK), u tappoġġa metodu ġdid orjentat lejn is-suq. Titwassal permezz ta' Pjanijiet ta' Strateġija Nazzjonali u Programmi tal-Iżvilupp Rurali fl-Istati Membri (fil-livell nazzjonali jew iżgħar).

Għal aktar dettalji

Ir-Regolament tal-Kunsill 1698/2005/EC dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

Ir-Regolament tal-Kunsill 2006/144/EC - Linji gwida Strateġiċi Komunitarji għall-Iżvilupp Rurali 2007-13

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a