Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Premijiet RegioStars għal proġetti innovattivi

'RegioStars' hija parti mill-inizjattiva 'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika', li tippromwovi l-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba bejn ir-reġjuni Ewropej bħala mod kif tittejjeb l-innovazzjoni.

Il-premjazzjoni 'RegioStars' tiġi organizzata annwalment bil-għan li tidentifika u tiċċelebra proġetti ta' żvilupp reġjonali appoġġati mill-Politika Reġjonali tal-UE. Il-premijiet juru proġetti oriġinali u innovattivi biex b'hekk jipprovdu ispirazzjoni lil reġjuni oħra f'oqsma varji bħat-tibdil klimatiku u l-appoġġ fir-riċerka u n-negozju.

Biex ikunu nominati għal premju, il-proġetti jridu bilfors ikollhom karattru innovattiv, juru li huma sostenibbli u li taw kontribut pożittiv lill-ekonomija tar-reġjun tagħhom. Iridu wkoll juru li ħallew riżultati li jistgħu jtejbu s-sħubijiet lokali, reġjonali u interreġjonali.

Għal aktar dettalji

Il-paġna ewlenija ta' 'RegioStars' English Français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a