Navigation path

Additional tools

A sa Ż

L-Objettiv tal-Kompetittività u Impjiegi Reġjonali

Dan hu wieħed mit-tliet objettivi prijoritarji tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea għall-2007-13. L-għan hu li tissaħħaħ il-kompetittività u l-attrazzjoni kif ukoll l-impjiegi fir-reġjuni li mhumiex inklużi fl-Objettiv ta' Konverġenza (li jkopri l-aktar reġjuni żvantaġġati). Huwa mfassal biex jilqa' għat-tibdil soċjali u ekonomiku, jippromwovi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, il-ħarsien ambjentali, l-aċċessibilità, l-adattabilità, u l-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol inklussivi. Għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF).

Fis-27 Stat Membru tal-UE hemm total ta' 168 reġjun li se jkunu eleġibbli għall-finanzjament. Dawn jirrappreżentaw 314 abitant. Ir-reġjuni eleġibbli huma:

  • ir-reġjuni li kienu koperti mill-Objettiv 1 waqt il-perjodu 2000-06 u li m'għadhomx jilħqu l-kriterji ta' eliġibilità reġjonali tal-Objettiv ta' Konverġenza u li attwalment jirċievu appoġġ tranżitorju. Elenku ta' dawn ir-reġjuni ġie adottat u huwa validu bejn l-2007 u l-2013
  • ir-reġjuni kollha tal-Komuntià mhux koperti mill-Objettiv ta' Konverġenza

Għal aktar dettalji

L-Objettiv tal-Kompetittività u Impjiegi Reġjonali

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a