Navigation path

Additional tools

A sa Ż

L-irkupru (ta' fondi)

Jeżistu tliet ċirkostanzi fejn il-Kummissjoni Ewropea jkollha titlob lill-Istati Membri relevanti għal rimborż (irkupru) ta' finanzjament strutturali.

L-ewwel, meta l-kontribuzzjonijiet finanzjari lill-Istat Membru ma kinux kollha meħtieġa. Ir-regoli finanzjarji tal-UE jkunu jirrikjedu l-irkupru ta' dawn l-ammonti ta' flus.

It-tieni, meta joħorġu fondi għal ħidma strutturali li diġà tlestiet.

It-tielet, jekk il-flus mill-fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE jintużaw ħażin minħabba qerq jew negliġenza, il-Kummissjoni Ewropea għandha d-dritt titlob l-Istat Membru għal rimborż.

Il-proċeduri ta' rkupru stipulati fil-liġi Komunitarja jistgħu jiġu attivati sabiex jiġu rkuprati l-flus. Fejn jidħlu l-fondi tal-Politika ta' Koeżjoni, awtorità ta' ċertifikazzjoni toħloq u tibgħat inventarju tal-infiq lill-Kummissjoni u titlob pagament għal kull Programm ta' Ħidma. L-awtorità trid tiċċertifika wkoll in-nefqa preċiża tal-finanzjament u tevalwa l-konformità mar-regoli u regolamenti Komunitarji.

Jekk ikun hemm problema - identifikata permezz ta' diskrepanzi fil-kontijiet jew permezz ta' spezzjonijiet mill-Kummissjoni jew entitajiet oħra - l-awtorità ta' ċertifikazzjoni jkollha tissorvelja l-irkupru tal-finanzjament. Jekk ikun hemm bżonn, tintuża s-sistema ġudizjarja lokali biex tgħin fl-infurzar tal-proċess ta' rkupru.

Għal aktar dettalji

L-irkupru (ta' fondi)

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a