Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Proporzjonalità

Il-proporzjonalità tirregola l-mod kif l-Unjoni Ewropea teżerċita l-poteri tagħha. Taħdem bl-istess mod bħall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser li, biex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-UE tieħu biss l-azzjoni meħtieġa. Il-prinċipju hu mniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jiddikjara: "Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni m'għandhomx imorru lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattati."

Dan il-metodu għar-responsabbiltà u t-teħid tad-deċiżjonijiet hu applikat bħala parti mill-Politika ta' Koeżjoni. Għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13, il-Kummissjoni użat il-prinċipju tal-proporzjonalità biex tnaqqas il-livell tal-burokrazija li jiffaċċaw dawk li jmexxu l-Programmi Operattivi permezz tas-simplifikazzjoni tar-regoli u r-regolamenti. Ngħidu aħna, ħafna mir-regoli tal-eliġibilità issa qed jiġu deċiżi fil-livell nazzjonali minflok fil-livell tal-UE.

Għal aktar dettalji

Proporzjonalità English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a