Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Programmar

L-ipprogrammar jirreferi għall-mekkaniżmu amministrattiv li jintuża biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Programmi multiannwali - magħrufa bħala Programmi ta' Ħidma - jiżguraw il-konsistenza u l-kontinwità tul perjodu ta' seba' snin. Il-programmi jirrelataw għal żoni ġeografiċi speċifiċi fil-livell nazzjonali u iċken, skont l-arranġamenti ta' governanza li jkun hemm fis-seħħ. L-għanijiet ta' programm jinkludu l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet ta' strateġija u azzjonijiet indikattivi, deskrizzjoni ta' allokazzjonijiet finanzjarji, u sinteżi tas-sistemi ta' tmexxija u kontroll. Il-perjodu ta' programmar attwali beda fl-2007 u jibqa' sejjer sal-2013.

Għal aktar dettalji

Taqsira tal-Programmi ta' Ħidma, 2000-2006 u 2007-13 English Deutsch français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a