Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Strateġija ta qabel l-adeżjoni

Strateġija ta qabel l-adeżjoni tistabilixxi qafas għall-pajjiżi kandidati meta jippruvaw isiru membri tal-Unjoni Ewropea. Strateġija tistipola l-proċeduri u prijoritajiet li l-kandidati kollha jridu jżommu meta' jidħlu fi 'djalogu strutturat' mal-istituzzjonijiet tal-UE.

L-istrateġiji jitfasslu speċifikament għall-ħtiġijiet ta' kull membru aspiranti tal-UE permezz tal-użu tal-istrumenti u l-proċessi li ġejjin:

  • Ftehim bilaterali li jiggverna r-relazzjoni bejn il-pajjiżi kandidati u l-UE.
  • Djalogu politiku ta' livell għoli bejn il-gvernijiet nazzjonali u l-UE.
  • Sħubijiet ta' adeżjoni li jistipolaw l-oqsma ta' prijorità li l-pajjiżi kandidati jridu jagħmlu progress fihom u juru wkoll l-appoġġ fiananzjarju disponibbli.
  • Il-Programmi Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Acquis (NPAA). Kull pajjiż kandidat irid joħroġ b'NPAA li jipprovdi dettalji, skedi u nfiq li juri kif bi ħsiebu jilħaq d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet komuni tal-UE.
  • Il-parteċipazzjoni fi programmi, aġenziji u kumitati tal-UE tgħin biex il-kandidati jsiru familjari mal-politiki u l-istrumenti tal-UE.
  • L-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni hija disponibbli biex tgħin fil-proċess kollu.

Għal aktar dettalji

Ħarsa ġenerali tal-pajjiżi kandidati u dokumentazzjoni relevanti dwar l-adeżjoni

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a