Navigation path

Additional tools

A sa Ż

L-awtorità li tħallas

Skont il-Politika l-ġdida ta' Koeżjoni għall-2007-13, awtorità li tħallas issa hija magħrufa bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltajiet ta' dawn l-entitajiet jibqgħu l-istess bħal ma kienu fil-perjodu ta' pprogrammar 2000-06

Kull Programm ta' Ħidma jrid ikollu awtorità ta' ċertifikazzjoni, li tistipola inventorju ċertifikat ta' nfiq u tniżżel rikjesti għall-pagament. Dan it-tagħrif imbagħad jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha tiffinanzja l-Programmi ta' Ħidma permezz tal-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni.

Awtorità ta' ċertifikazzjoni tikkonferma l-verità tan-nefqa f'kull Programm ta' Ħidma, u tiċċekkja li l-flejjes qed jintefqu skont ir-regolamenti nazzjonali u dawn tal-UE.

Awtorità ta' ċertifikazzjoni ikollha f'idha l-kontabilità u tkun responsabbli mill-irkupru ta' fondi Komunitarji li ġew użati ħażin. L-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni ġeneralment ikunu entitajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali maħtura mill-Istati Membri.

Għal aktar dettalji

L-awtorità li tħallas

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a