Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Sħubija

Storikament l-Unjoni Ewropea żviluppat l-attivitajiet politiki reġjonali tagħha u ddistribwiet il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni permezz ta' proċess ta' sħubija, li jinkludi input sinifikanti mill-Istati Membri.

Il-ħidma tas-sħubija tkopri l-proċess ta' pprogrammar kollu, mill-istadju ta' tħejjija sal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultati. Dan il-metodu għandu jwassal għal riżultati aħjar tal-programm u jgħin biex jiżgura li l-fondi reġjonali jintefqu b'mod għaqli.

L-istess prinċipju ta' sħubija huwa preżenti fil-perjodu tal-ipprogrammar attwali. Il-Programmi ta' Ħidma li jaqgħu taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13 ġew żviluppati permezz ta' sħubijiet bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istat Membru relevanti fil-livell jew nazzjonali jew reġjonali jew lokali bħal ma jiġri mal-imsieħba soċjoekonomiċi u l-NGOs.

Għal aktar dettalji

Naħdmu għar-reġjuni - il-Politika Reġjonali tal-UE 2007-2013 pdf 1 MB] English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a