Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

Seba' reġjuni fl-Unjoni Ewropea huma klassifikati bħala 'imbiegħda': l-erba' dipartimenti barranin ta' Franza (il-Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Martinique, Réunion); il-Komunità Awtonoma Spanjola tal-Gżejjer Kanarji; ir-reġjuni awtonomi Portugiżi tal-Ażores u Madeira.

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom għadd ta' restrizzjonijiet speċifiċi bħad-distanza kbira, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u klima diffiċli, u dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti. Dawn il-fatturi mal-milja taż-żmien ixekklu l-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni. Ir-rikonoxximent tal-istatus speċjali tagħhom fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-ugwaljanza u l-proporzjonalità, li jippermettu lir-reġjuni jiġu ttrattati b'mod differenti minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħhom.

Għal aktar dettalji

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a