Navigation path

Additional tools

A sa Ż

NUTS

In-'nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika' (NUTS) ġiet maħluqa mill-Uffiċċju Ewropew għall-Istatistika (Eurostat) sabiex tiġi applikata statistika komuni li tkun standard madwar l-Unjoni Ewropea kollha.

Il-livelli NUTS huma żoni ġeografiċi użati biex jiġbru dejta armonizzata fl-UE. Ilhom jintużaw fil-Fondi Strutturali mill-1988 u għandhom sehem ewlieni fl-allokazzjoni tal-Fondi Strutturali.

In-nomenklatura attwali tifred is-27 Stat Membru fi tliet kategoriji, skont limiti ta' popolazzjoni speċifiċi:

NUTS livell 1: jinkludi Stati Membri żgħar bħad-Danimarka, l-Irlanda u s-Slovenja, il-Länder tal-Ġermanja u reġjuni kbar oħra.

NUTS livell 2: jinkludi reġjuni awtonomi fi Spanja, reġjuni Franċiżi u dipartimenti barranin (DOM), il-Voivods Pollakki, eċċ.

NUTS livell 3: jinkludi Nomoi fil-Greċja, Maakunnat fil-Finlandja, Län fl-Iżvezja, eċċ.

Ir-Regolamenti tal-UE fihom definizzjonijiet sħaħ u l-listi tar-reġjuni kollha skont NUTS.

Għal aktar dettalji

Ir-Regolament 1059/2003 (EU-15) 316 KB]

Ir-Regolament 1088/2005 (Tkabbir 1.5.2004) 493 KB]

Ir-Regolament 176/2008 (Tkabbir 1.1.2008) 87 KB]

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a