Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Il-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF)

Għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13 kull Stat Membru pproduċa Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF). Dan huwa dokument ta' referenza għall-ipprogrammar tal-intervenzjonijiet tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni b'mod konsistenti mal-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-Koeżjoni 2007-13. Jiddefinixxi l-istrateġija magħżula mill-Istat Membru relevanti u jippreżenta elenku ta' Programmi ta' Ħidma (OPs) nazzjonali u reġjonali li jkun qed jipprova jimplimenta, kif ukoll allokazzjoni finanzjarja annwali indikattiva għal kull OP. L-NSRF għandu jkun konsistenti wkoll mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Istat Membru (NRP) li jirreferi għall-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u x-xogħol.

Għal aktar dettalji

L-Iqsfa ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (2007-13) English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a