Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Sorveljanza

Il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE jrid jintefaq b'mod effettiv u skont l-għan tiegħu. Għal din ir-raġuni, ġew stabbilitti proċeduri estensivi ta' sorveljanza u evalwazzjoni permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biex jaraw li l-Programmi ta' Ħidma li jużaw il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni qed jaħdmu kif suppost u jwasslu għal riżultati li jistgħu jiġu verifikati skont kriterji maqbula.

Il-Kummissjoni stabbiliet sistema ta' sorveljanza li tuża mekkaniżmi stretti ta' ċertifikazzjoni, kontroll u korrezzjoni. L-Istati Membri jridu jagħmlu kontrolli u verifiki tal-proġetti li jieħdu l-finanzjament, u l-Kummissjoni nfisha tista' tagħmel spezzjonijiet fuq il-post.

Ir-regoli ta' ġestjoni finanzjarja għall-Fondi Strutturali jirrikjedu li l-Istati Membri jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Programmi ta' Ħidma permezz ta' entità ta' ċertifikazzjoni, entità ta' verifika u kumitat ta' ġestjoni.

Għal aktar dettalji

Sorveljanza

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a