A sa Ż
Kumitat ta' sorveljanza
L-Istati Membri jridu jaħtru kumitati ta' sorveljanza biex jaraw li l-Programmi ta' Ħidma (OPs) li jużaw il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni jkunu qed jiġu implimentati kif suppost. Dawn il-kumitati jitmexxew mill-Istat Membru relevanti (jew awtorità ta' ġestjoni) u jkunu magħmula minn imsieħba reġjonali, ekonomiċi u soċjali.
Il-ħidmiet ewlenin ta' kumitat ta' sorveljanza jinkludu li:
- jevalwaw l-effettività u l-kwalità tal-OPs
- japprovaw il-kriterji għall-finanzjament skont kull OP
- jagħmlu evalwazzjonijiet perjodiċi tal-OPs u l-progress tagħhom lejn għanijiet speċifiċi
- jeżaminaw ir-riżultati ta' implimentazzjoni biex jevalwaw jekk dawk l-għanijiet intlaħqux
- fejn ikun hemm bżonn, jipproponu reviżjonijiet tal-OPs, inklużi tibdiliet relatati mal-ġestjoni finanzjarja tagħhom


