Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Il-'miri' ta' Liżbona

Fil-perjodu ta' programmar 2007-13, il-programmi Politika ta' Koeżjoni Ewropej 'immiraw' ċertu għanijiet stipulati fl-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi tal-UE. Dan l-immirar jinvolvi li jiġi riżervati fondi għal investimenti li jsaħħu direttament il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi - fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kapaċitajiet, is-servizzi ta' negozju, infrastrutturi Ewropej ewlenin u effiċjenza ikbar tal-enerġija.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qed jiżguraw li 60% tan-nefqa mill-Istati Membri kollha għall-objettiv ta' Konverġenza, u 75% tan-nefqa fuq Objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u Impjiegi, jimmiraw lejn dawn il-prijoritajiet.

Il-'miri' ta' Liżbona fil-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni mhumiex rekwiżit li jorbot bil-liġi fl-Istati Membri kollha. Fil-każ tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni f'Mejju 2004, dawn huma strettament voluntarji; madankollu, il-pajjiżi kollha adottaw l-istess metodu fuq bażi voluntarja. L-Istati Membri jridu jirrappurtaw lura kull sena dwar kif użaw il-programmi tal-Politika ta' Koeżjoni li jappoġġaw it-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività.

Għal aktar dettalji

It-twassil tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi permezz tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE English Deutsch español français italiano

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a