Navigation path

Additional tools

A sa Ż

L-Istrateġija ta' Liżbona

L-Istrateġija ta' Liżbona ġiet imwaqqfa mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fil-Kunsill Ewropew ta' Liżbona f'Marzu 2000. Hija azzjoni u pjan ta' żvilupp għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fl-UE. Il-miżuri ta' politika proposti fl-Istrateġija ta' Liżbona jkopru firxa wiesgħa ta' politiki nazzjonali u Komunitarji. Għandhom l-għan li jappoġġaw l-għarfien u l-innovazzjoni, jagħmlu l-Ewropa post iktar attrajenti għax-xogħol u l-investiment, u joħolqu aktar impjiegi tajbin.

L-Istrateġija ta' Liżbona tnediet mill-ġdid wara r-reviżjoni ta' nofs il-mandat fl-2005. Abbażi ta' sħubija mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Istati Membri qed jagħmlu riformi msejsa fuq linji gwida li ġew miftiehma kollettivament kif ukoll Programmi ta' Riforma Nazzjonali.

Għall-perjodu ta' programmar 2007-13 ir-rabta bejn l-Istrateġija ta' Liżbona u l-Politika ta' Koeżjoni ġiet imsaħħa mill-ġdid, b'infiq miżjud skont il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni fuq attivitajiet ta' prijorità li jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi.

Għal aktar dettalji

L-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi English Deutsch español français italiano

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a