Navigation path

Additional tools

A sa Ż

JEREMIE

JEREMIE huma r-Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji. Huwa strument finanazjarju li ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea bi sħab mal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) biex itejjeb l-aċċess għall-finanazi għall-mikronegozji u l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fir-reġjuni tal-UE.

L-għan hu li jipprovdi ċertu ammont ta' flus mill-fondi reġjonali biex jiffinanzjaw il-kapital tar-riskju li jistimola l-attività innovattiva u jgħin biex jikbru l-intrapriżi. JEREMIE se jipprovdi esperjenza u gwida biex jgħin lin-nies tan-negozju jkollhom aċċess għal dawn l-opportunitajiet ta' finanzjament ġodda. Dan għandu jħeġġeġ aktar negozji ġodda fir-reġjuni kollha tal-UE.

L-attivitajiet ta' JEREMIE għandhom jikkontribwixxu għall-Aġenda tat-Tkabbir u l-Impjiegi tal-UE, li għandha l-għan tiżviluppa ekonomija Ewropea dinamika u kompetittiva.

Tliet strumenti ta' finanzjament simili ġew maħluqa biex joperaw taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13. Dawn huma - JASPERS (Assistenza konġunta ta'appoġġ għal proġetti fir-reġjuni Ewropej), JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet) u JASMINE (Azzjoni konġunta għall-Forniment tal-Istituzzjonijiet tal Mikrofinanzi fl-Ewropa).

Għal aktar dettalji

JEREMIE

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a