Navigation path

Additional tools

A sa Ż

JASPERS

JASPERS ('Assistenza konġunta ta'appoġġ għal proġetti fir-reġjuni Ewropej) huwa strument konġunt appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u, minn Lulju 2008, il-KfW. Hija faċilità ta' għajnuna teknika disponibbli għat-12 l-Istat Membru li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u l-2007, sabiex jgħinhom fit-tħejjija ta' proġetti maġġuri li se jkunu appoġġati mill-fondi tal-UE. JASPERS toffri ġabra ta' esperjenza li tgħin lill-Istati Membri l-ġodda jisfruttaw bl-aħjar mod il-finanzjament disponibbli. L-għajnuna tista ssir disponibbli għall-istruttura tal-proġett u l-istadji ta' tħejjija sal-punt meta ssir deċiżjoni li jingħata l-finanzjament. JASPERS ilha topera mill-2006 u issa waslet viċin li tilħaq il-potenzjal ta' 58 persunal espert, ħafna minnhom ibbażati viċin tal-benefiċjarji fi tliet uffiċċji reġjonali f'Varsavja, Vjenna u Bukarest.

JASPERS hija waħda minn erba' strumenti li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u entitajiet finanzjarji kbar Ewropej. L-istrumenti l-oħra huma JEREMIE (Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji), JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni ta' l-Ibliet) u JASMINE (Azzjoni konġunta għall-Forniment tal-Istituzzjonijiet tal Mikrofinanzi fl-Ewropa).

Għal aktar dettalji

JASPERS English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a