Navigation path

Additional tools

A sa Ż

JASMINE

JASMINE hija l-Azzjoni Konġunta għas-sostenn tal-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji fl-Ewropa. Hija waħda minn erba' inizjattivi ġodda dwar l-inġinerija finanzjarja introdotti skont il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-2013. b'baġit sħiħ ta' €50 miljun, JASMINE hija inizjattiva bi prova li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea (KE) flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF).

JASMINE hija mfassla speċifikament għall-mikrointrapriżi u għall-persuni li jkunu soċjalment esklużi (inklużi l-minoranzi etniċi) li jixtiequ jaħdmu għal rashom iżda m'għandhomx aċċess għal servizzi bankarji tradizzjonali. Din l-inizjattiva tiffoka fuq is-sezzjoni 'mhux bankabbli' tas-suq. Għandha l-għan li tagħmel is-self ċkejken, jew mikrokreditu, aktar disponibbli fl-Ewropa biex jissodisfa domanda li ma ntlaħqitx.

Il-mikrokreditu tal-UE jfisser self ta' inqas minn €25,000. Tipikament il-medja hija ta' €10,000 għall-UE-15 u €3,800 għall-UE-12.

Għal aktar dettalji

JASMINE

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a