Navigation path

Additional tools

A sa Ż

L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) ġie stabbilit mill-UE biex jappoġġa lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

L-IPA ikopri l-perjodu 2007-13 u jieħu post għadd ta' programmi qodma ta' qabel l-adeżjoni mal-UE bħal PHARE, ISPA, SAPARD u CARDS kif ukoll l-istrument finanzjarju għat-Turkija.

'Il fuq minn €11 biljun huma disponibbli permezz tal-IPA, li se jintefqu fil-ħames aspetti li ġejjin:

  • għajnuna fit-tranżizzjoni u t-twaqqif ta' istituzzjonijiet
  • kooperazzjoni bejn il-fruntieri
  • żvilupp reġjonali
  • żvilupp tar-riżorsi umani
  • żvilupp rurali

Il-pajjiżi kandidati (it-Turkija, il-Kroazja, u L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) jistgħu japplikaw għall-għajnuna taħt il-ħames aspetti kollha; il-kandidat potenzjali (l-Albanija, il-Bożnja Ħerżegovina, il-Montenegro, is-Serbja, il-Kosovo skont ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244) huma limitati għall-ewwel tnejn.

L-appoġġ IPA huwa pprovdut permezz tal-programmi multi-annwali. Dan il-ftehim għandu jħejji l-pajjiżi kandidati jimmaniġġaw il-fondi Ewropej li jirċievu wara li jiksbu s-sħubija mal-UE, inklużi dawk li jaqgħu taħt il-Politika Reġjonali għall-2007-13.

Għal aktar dettalji

L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a