Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Kooperazzjoni Bejn ir-Reġjuni

Il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp reġjonali permezz ta' trasferimenti ta' għarfien u skambji tal-esperjenzi bejn ir-reġjuni.

Il-Programm ta' Kooperazzjoni bejn ir-Reġjuni INTERREG IVC jagħmel parti mill-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13. Il-programm għandu l-għan li jtejjeb l-effettività tal-politiki ta' żvilupp reġjonali u jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni ekonomika u ż-żieda ta' kompetittività fl-Ewropa.

Jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-azzjonisti lokali fl-UE-27, kif ukoll fin-Norveġja u l-Iżvizzera.

Il-programm jiffinanzja wkoll il-komponent netwerk tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, 'Reġjuni għat-Tibdil Ekonomiku'.

Hemm programmi oħra li wkoll huma ffinanzjati parzjalment mill-ERDF taħt il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-Objettiv tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea:

INTERACT - appoġġ għal, u skambju ta', prattika tajba bejn l-awtoritajiet li għandhom f'idejhom l-implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni

ESPON - l-osservatorju tal-ippjanar territorjali

URBACT - ħolqien ta', u appoġġ għal, netwerks tal-ibliet u l-iżvilupp urban

Għal aktar dettalji

Programm Operazzjonali INTERREG IVC pdf 3 MB] English

INTERACT English

ESPON English

URBACT English

Ir-Regolament 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali pdf 169 KB] English

Il-paġna ewlenija tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea English

Ir-Reġjuni għall-Bidla Ekonomika English français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a