Navigation path

Additional tools

A sa Ż

INTERREG IVC

Il-programm ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni INTERREG IVC ikopri l-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll in-Norveġja u l-Iżvizzera, taħt l-Objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropew ikkofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Approvat għall-perjodu 2007-13, l-għan prinċipali hu li jtejjeb il-politiki tal-iżvilupp reġjonali permezz ta' skambji ta' esperjenzi u prattika tajba. Għandu l-għan ukoll jikkapitalizza fuq l-esperjenza reġjonali u l-prattika tajba diġà identifikata fil-livell Ewropew.

Il-programm INTERREG IVC jipprovdi kofinanzjament għall-istituzzjonijiet lokali u reġjonali, bħal aministrazzjonijiet pubbliċi, aġenziji tal-iżvilupp reġjonali, istituzzjonijiet edukattivi u oħrajn, biex joħloq netwerks għall-qsim tal-esperjenzi dwar temi differenti biex b'hekk jiġġenera prattika reġjonali tajba fil-livell Ewropew. Xi netwerks esperjenzati oħra għandhom l-għan li jużaw prattika tajba li tkun diġà rikonoxxuta sabiex ikun hemm impatt pożittiv fuq l-iżvilupp immedjat tar-reġjun tagħhom f'dak il-qasam (kapitalizzazzjoni). It-temi ta' dawn in-netwerks huma marbuta mal-għanijiet tal-aġendi ta' Liżbona u Gothenburg (appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji, innovazzjoni, ambjent u prevenzjoni ta' riskju) u oħrajn bħall-globalizzazzjoni, il-bidla demografika, il-provvista tal-enerġija u t-tibdil fil-klima.

Il-baġit sħiħ ta' INTERREG IVC's huwa madwar €400 miljun, li €320 miljun minnhom huma pprovduti mill-ERDF.

Għal aktar dettalji

Is-sit tal-programm INTERREG IVC English

Il-Programm INTERREG IVC English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a