Navigation path

Additional tools

A sa Ż

INTERACT

INTERACT 2007-13 joffri għajnuna lill-partijiet interessati li jimplimentaw il-programmi ffinanzjati mill-UE taħt l-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-Politika ta' Koeżjoni.

INTERACT jipprovdi pariri dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, jappoġġa l-organizzazzjoni ta' seminars tematiċi u jxerred eżempji ta' prassi tajba. Il-programm għandu baġit totali ta' €40 miljun, li €34 miljun minnhom jiġu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonli (ERDF).

INTERACT jassisti lill-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa li kienu responsabbli mill-ġestjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni territorjali. Dawn jinkludu l-awtoritajiet ta' ġestjoni, segretarjati tekniċi konġunti, punti ta' kuntatt nazzjonali, u awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni u verifika. Il-programm ikopri l-Istati Membri kollha, u n-Norveġja u l-Iżvizzera.

Għal aktar dettalji

Is-segretarjat tal-programm INTERACT English

Il-Programm INTERACT English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a