Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Innovazzjoni

L-innovazzjoni, kemm jekk hi relatata mal-iżvilupp ta' prodotti, proċessi jew tekniki organizzattivi ġodda, tista' tgħin lill-operaturi ekonomiċi jsiru iktar kompetittivi. L-Unjoni Ewropea hi konxja sew minn dan u tqiegħed it-trawwim tal-innovazzjoni fil-qalba tal-Istrateġija għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tagħha.

Biex tikkumplimenta l-istrateġija, il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-13 tat lill-innovazzjoni prijorità ferm ogħla mill-perjodi ta' pprogrammar preċedenti. Tipprova tħeġġeġ l-innovazzjoni, l-intraprenditorija u t-tkabbir tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien madwar ir-reġjuni kollha tal-UE. Wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha hu li tgħin lir-reġjuni inqas żviluppati jrawmu l-kapaċitajiet innovattivi tagħhom.

Biex tikseb dawn l-għanijiet, tqiegħdu iktar flus mill-fondi reġjonli tal-UE għall-innovazzjoni minn qatt qabel. Inizjattiva ġdida 'ir-Reġjuni għat-Tibdil Ekonomiku' tippromwovi t-trasferiment tal-innovazzjoni minn skemi pilota għal programmi prinċipali nazzjonali u reġjonali. Barra minn dan, l-Istati Membri qed jitħeġġu jikkanalizzaw ammonti żgħar ta' flus minn programmi operattivi fil-proġetti pilota sperimentali li jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-innovazzjoni.

Għal aktar dettalji

It-twassil tal-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi permezz tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE English Deutsch español français italiano

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a