Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Informazzjoni u pubbliċità

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE għandhom iżommu lill-pubbliku infurmat dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-proġetti finanzjati li tappoġġa. Minħabba li jintefqu biljuni ta' ewro permezz tal-Fondi Strutturali, hu vitali li l-komunitajiet lokali jirċievu dettalji ċari dwar kif se jibbenefikaw u kif qed jintefqu l-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxi.

Ir-regoli tal-UE li jirregolaw il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13 jirrikjedu li l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni jippubblikaw il-lista ta' proġetti kofinanzjati mill-UE, inklużi l-ammonti riċevuti u d-dettalji tal-benefiċjarji.

L-Istati Membri relevanti għandhom jissottomettu wkoll il-pjanijiet ta' komunikazzjoni lill-Kummissjoni għal kull wieħed mill-450 Programm Operattiv li jkunu qed jiġu kofinanzjati matul l-aħħar perjodu ta' pprogrammar tal-Politika ta' Koeżjoni. Barra dan, l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jirranġaw tal-anqas avveniment prinċipali kull sena biex jirreklamaw il-programmi tagħhom, ir-riżultati u r-rwol tal-UE.

Għal aktar dettalji

Azzjonijiet ta' informazzjoni u pubbliċità tad-DĠ REGIO

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a