Navigation path

Additional tools

A sa Ż

AddizzjonalitàAmbjent
Awtorità ta' ċertifikazzjoniAwtorità tal-verifika
Bank Ewropew tal-InvestimentBaġit
ESPON (Network Ewropew tal-Osservazzjoni tal-Ippjanar Spazjali)Eliġibilità tal-infiq
EvalwazzjoniFond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)
Fond Ewropew għas-Sajd (FES)Fond ta' Koeżjoni
Fond ta' Solidarjetà tal-UEFondi Strutturali
FrodiGħajnuna ta' qabel l-adeżjoni
Għajnuna tal-IstatGħajnuna teknika
Għotjiet GlobaliĠestjoni maqsuma
INTERACTINTERREG III
INTERREG IVCIl-'miri' ta' Liżbona
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF)
Il-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF)Impjiegi
Informazzjoni u pubbliċitàInnovazzjoni
Inġinerija finanzjarjaIr-reġjuni l-aktar imbiegħda
JASMINEJASPERS
JEREMIEJESSICA
Kategoriji tal-infiqKoeżjoni Territorjali
Koeżjoni ekonomika u soċjaliKontroll u Verifika
Kooperazzjoni Bejn ir-ReġjuniKooperazzjoni bejn il-fruntieri
Kooperazzjoni transnazzjonaliKorrezzjonijiet finanzjarji
Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-FondiKumitat ta' sorveljanza
Kumitat tar-ReġjuniL-Istrateġija ta' Liżbona
L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)L-Objettiv tal-Kompetittività u Impjiegi Reġjonali
L-awtorità li tħallasL-awtorità ta' ġestjoni
L-irkupru (ta' fondi)Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni 2007-13
N+2, n+3NUTS
Negozjati ta' adeżjoniNetwerks Trans-Ewropej (TENs)
Objettiv Kooperazzjoni Territorjali EwropeaObjettiv ta' Konverġenza
Opportunitajiet IndaqsPagamenti
Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Spazjali (ESDP)Politika ta' Koeżjoni
Premijiet RegioStars għal proġetti innovattiviProgramm ta' Ħidma
ProgrammarProporzjonalità
Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (EGTC)Rapport ta' koeżjoni
Rata ta' kofinanzjamentRegolamenti
Reġjuni għall-Bidla EkonomikaRilaxx
SorveljanzaStrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES)
Strateġija ta qabel l-adeżjoniStrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI)
SussidjarjetàSħubija
Sħubija ta' AdeżjoniTkabbir
TrasportURBACT - Programm ta' netwerk għall-Iżvilupp Urban
Żoni muntanjużiŻvilupp Rurali
Żvilupp sostenibbliŻvilupp urban
Addizzjonalità

L-addizzjonalità hi waħda mill-prinċipji li jmexxu l-Fondi Strutturali. Dan il-prinċipju jistipola li l-kontribuzzjonijiet mill-Fondi Strutturali m'għandhomx jieħdu post l-infiq pubbliku jew strutturali ekwivalenti minn Stat Membru fir-reġjuni kkonċernati minn dan il-prinċipju. Fi kliem ieħor, l-allokazzjonijiet finanzjarji mill-Fondi Strutturali mhux bilfors iwasslu għal tnaqqis tal-infiq strutturali nazzjonali f'dawk ir-reġjuni. Il-prinċipju tal-addizzjonalità jiġi vverifikat għar-reġjuni koperti mill-Objettiv Konverġenza. More

Ambjent

Il-politika ambjentali tal-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tikkonserva, tħares u ttejjeb l-ambjent għall-ġenerazzjoni preżenti u futuri, u li tippromwovi l-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli.

Il-prijoritajiet ewlenin tal-politika huma: il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; il-protezzjoni tal-bijodiversità; it-tnaqqis tat-tniġġis u l-impatt tiegħu fuq is-saħħet il-bniedem; id-difiża tal-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali. More

Awtorità ta' ċertifikazzjoni

Awtorità ta' ċertifikazzjoni hi responsabbli għar-reqqa u r-rettitudni tad-dikjarazzjonijiet tal-infiq u t-talbiet għall-ħlasijiet qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea. Il-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni tinqasam mal-pajjiżi membri, ir-reġjuni u entitajiet intermedji oħra. Awtorità ta' ċertifikazzjoni tinħatar minn wieħed jew iktar minn dawn il-gruppi msemmija għal kull Programm Operattiv kofinanzjat minn dawn il-Fondi. More

Awtorità tal-verifika

L-awtorità tal-verifika hi awtorità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali jew entità magħżula għal kull Programm Operattiv u responsabbli għall-verifika tat-tħaddim effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll; hi tissorvelja wkoll il-konformità tal-proġett mar-regolamenti nazzjonali u Ewropej. More

Bank Ewropew tal-Investiment

Imwaqqaf fl-1958, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) hu l-bank tal-Unjoni Ewropea li jagħti self fit-tul. Il-BEI hu attiv madwar l-UE kif ukoll f'madwar 140 pajjiż madwar id-dinja li għandhom ftehim ta' kooperazzjoni mal-UE. Il-bank jikkollabora fil-qrib mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jgħin fil-kisba tal-għanijiet tal-UE. More

Baġit

L-Istati Membri tal-UE jikkontribwixxu għal baġit komuni tal-UE biex jinkisbu għanijiet komuni.

L-Istati Membri jikkontribwixxu direttament fuq il-bażi tad-dħul gross nazzjonali (DGN) tagħhom. Id-dazji doganali u l-irċevuti tal-VAT jipprovdu dħul addizzjonali. Il-limitu tal-baġit bħalissa hu ffissat għal 1.24% tad-DGN tal-UE. More

ESPON (Network Ewropew tal-Osservazzjoni tal-Ippjanar Spazjali)

L-ESPON hu programm ta' riċerka applikata maħsub biex jappoġġa l-formulazzjoni tal-politiki tal-iżvilupp territorjali fl-Ewropa. Għal dan il-għan, il-programm jipproduċi data estensiva u sistematika dwar ix-xejriet territorjali relatati ma' aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali varji, biex jiġi identifikat il-potenzjal tar-reġjuni, l-ibliet u territorji ikbar u l-isfidi ekonomiċi li jiffaċċaw. More

Eliġibilità tal-infiq

Il-kriterji għall-eliġibilità tal-infiq jiddeterminaw jekk spiża tikkwalifikax għall-finanzjament skont il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) jew il-Fond ta' Koeżjoni. More

Evalwazzjoni

Ġew identifikati tliet tipi ta' evalwazzjoni għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13: qabel (ex ante), matul (kontinwu), u wara (ex post). Il-Politika ta' koeżjoni hi evalwata fuq bażi ta' partenarjat. L-Istati Membri huma responsabbli għal evalwazzjoni ex ante filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea twettaq evalwazzjoni ex post. More

Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) jappoġġa l-politika Ewropea dwar l-iżvilupp rurali. Għal dan il-għan, jiffinanzja l-programmi tal-iżvilupp rurali fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni. Il-programmi huma mfassla f'kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, waqt li jitqiesu l-linji gwida strateġiċi għall-politika tal-iżvilupp rurali addottati mill-Kunsill u l-prijoritajiet imniżżla fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali. More

Fond Ewropew għas-Sajd (FES)

B'baġit totali ta' madwar €3.8 biljun (bil-prezzijiet tal-2006) għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13, il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jappoġġa s-sajd Ewropew u s-settur tal-akwakultura, iż-żoni tas-sajd u s-sajd fl-ilmijiet interni. Għalhekk, jiffinanzja l-Programmi Operattivi mfassla mill-Istati Membri f'konsultazzjoni mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali lokali u reġjonali involuti fis-settur tas-sajd. More

Fond ta' Koeżjoni

Mill-1994, il-Fond ta' Koeżjoni intuża biex jipprovdi appoġġ għall-ifqar reġjuni tal-Ewropa u jistabbilizza l-ekonomiji tagħhom bl-għan li jitħeġġu t-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli. Il-Fond jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri ambjentali u ta' netwerks tat-trasport trans-Ewropew, partikolarment il-proġetti bl-ogħla prijorità li għandhom interess Ewropew, fit-12-il Stat Membru li ngħaqdu fl-UE mill-2004, kif ukoll fi Spanja, il-Greċja u l-Portugall. Il-Fond ta' Koeżjoni jista' jintuża wkoll għall-finanzjament tal-prijoritajiet tal-politika tal-ħarsien ambjentali tal-UE. More

Fond ta' Solidarjetà tal-UE

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), stabbilit fl-2002, hu ddisinnjat biex jippermetti rispons rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet urġenti wara diżastri naturali kbar. Jintervjeni l-iktar fid-diżastri naturali li jħallu riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija f'reġjun wieħed jew iktar ta' Stat Membru jew pajjiż kandidat li jkun diġà beda n-negozjati ta' adeżjoni. More

Fondi Strutturali

Għall-perjodu 2007-13, il-Politika Reġjonali hija ffinanzjata bil-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni.

Il-Fondi Strutturali għandhom żewġ partijiet: il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), li ilu jipprovdi appoġġ finanzjarju sa mill-1975 għall-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali, tibdil ekonomiku, kompetittività mtejba kif ukoll kooperazzjoni territorjali madwar l-UE; u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF), imwaqqaf fl-1958 u li jikkontribwixxi biex il-ħaddiema u l-intrapriżi jadattaw ruħhom, l-aċċess għall-impjiegi u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali ta' nies żvantaġġati, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, u l-ħolqien ta' sħubijiet li jimmaniġjaw ir-riformi fl-impjiegi. More

Frodi

Minbarra li tagħmel parti mill-isforzi ġenerali għall-ġlieda kontra l-kriminalità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni tinvolvi wkoll il-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali li jolqtu ħażin l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE). Din il-ġlieda tistrieħ fuq żewġ sisien legali: More

Għajnuna ta' qabel l-adeżjoni

L-Unjoni Ewropea tipprovdi għajnuna ta' qabel l-adeżjoni lill-pajjiżi li japplikaw biex jissieħbu fil-Komunità. Din l-assistenza tgħin lill-pajjiżi kandidati jilħqu l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tal-UE, li jinkludu l-aġġornament tal-istituzzjonijiet u standards tagħhom skont l-acquis tal-Komunità: il-ġabra ta' drittijiet u obligazzjonijiet komuni li torbot l-Istati Membri kollha mal-UE. More

Għajnuna tal-Istat

Ir-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna tal-istat inħolqu biex jiżguraw li r-riżorsi tal-istat ma jintużawx biex iħassru l-kompetizzjoni jew jagħtu xi vantaġġ inġust fis-suq waħdieni Ewropew.

L-għajnuna tal-istat huwa vantaġġ mogħti minn gvern li jista' jipprovdi kumpanija b'vantaġġ kompetittiv inġust fuq ir-rivali kummerċjali. Dan it-tip ta' għajnuna tal-istat jista' jitwassal b'għadd ta' metodi, bħal permezz ta' allokazzjoni għal għotjiet sussidjarji, il-proviżjoni ta' interess u nuqqas ta' taxxi jew ix-xiri ta' oġġetti u servizzi b'termini ta' preferenza. More

Għajnuna teknika

L-għajnuna teknika hija disponibbli biex tgħin lil dawk kollha kkonċernati li jimplimentaw il-programmi u proġetti ffinanzjati mill-Kummissjoni. Skont il-Politika ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea dan l-appoġġ finanzjarju jista' jintuża biex iħallas għat-tħejjija, il-ġestjoni, l-evelwazzjoni, is-sorveljanza, il-verifika u l-kontroll. More

Għotjiet Globali

L-Għotjiet Globali jgħinu lil organizzazzjonijiet żgħar non-governattivi, bħal gruppi volontarji u organizzazzjonijiet tal-komunità, jiksbu appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). More

Ġestjoni maqsuma

Hemm żewġ tipi ewlenin ta' finanzjament tal-UE: fondi li huma ġestiti ċentralment u direttament mill-Kummissjoni Ewropea, per eż. għar-riċerka; u fondi li l-ġestjoni tagħhom tinqasam bejn l-UE u l-Istati Membri, per eż. il-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni. L-UE tafda l-ġestjoni tat-tieni tip f'idejn l-Istati Membri. Il-parti l-kbira tal-infiq jinvolvi fondi li jaqgħu taħt il-ġestjoni maqsuma mal-Istati Membri tal-UE. More

INTERACT

INTERACT 2007-13 joffri għajnuna lill-partijiet interessati li jimplimentaw il-programmi ffinanzjati mill-UE taħt l-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-Politika ta' Koeżjoni.

INTERACT jipprovdi pariri dwar il-ġestjoni u l-implimentazzjoni, jappoġġa l-organizzazzjoni ta' seminars tematiċi u jxerred eżempji ta' prassi tajba. Il-programm għandu baġit totali ta' €40 miljun, li €34 miljun minnhom jiġu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonli (ERDF). More

INTERREG III

L-inizjattiva INTERREG III kienet parti integrali mill- Politika Reġjonali 2000-06 tal-Unjoni Ewropea (UE).

INTERREG III kellha l-għan li ttejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tappoġġa l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali. L-għan kien li tippromwovi żvilupp ekwilibrat madwar l-UE. More

INTERREG IVC

Il-programm ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni INTERREG IVC ikopri l-Istati Membri tal-UE kollha kif ukoll in-Norveġja u l-Iżvizzera, taħt l-Objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropew ikkofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Approvat għall-perjodu 2007-13, l-għan prinċipali hu li jtejjeb il-politiki tal-iżvilupp reġjonali permezz ta' skambji ta' esperjenzi u prattika tajba. Għandu l-għan ukoll jikkapitalizza fuq l-esperjenza reġjonali u l-prattika tajba diġà identifikata fil-livell Ewropew. More

Il-'miri' ta' Liżbona

Fil-perjodu ta' programmar 2007-13, il-programmi Politika ta' Koeżjoni Ewropej 'immiraw' ċertu għanijiet stipulati fl-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi tal-UE. Dan l-immirar jinvolvi li jiġi riżervati fondi għal investimenti li jsaħħu direttament il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi - fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-kapaċitajiet, is-servizzi ta' negozju, infrastrutturi Ewropej ewlenin u effiċjenza ikbar tal-enerġija. More

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)

L-ERDF ġie stabbilit fl-1975 u jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali, it-tibdil ekonomiku, il-kompetittività msaħħa u l-kooperazzjoni territorjali madwar l-UE. Flimkien mal-Fond Soċjali Ewropew (ESF), l-ERDF hu wieħed miż-żewġ Fondi Strutturali tal-UE. More

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF)

Stabbilit fl-1958, l-ESF hu wieħed mill-istrumenti finanzjarji ewlenin tal-UE għall-appoġġ tal-politiki nazzjonali biex jiżdiedu l-impjiegi u l-opportunitajiet ta' impjieg, titjieb il-kwalità u l-produttività tax-xogħol, u jonqsu l-esklużjoni soċjali u d-differenzi bejn ir-reġjuni fil-qasam tal-impjiegi. More

Il-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF)

Għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13 kull Stat Membru pproduċa Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF). Dan huwa dokument ta' referenza għall-ipprogrammar tal-intervenzjonijiet tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni b'mod konsistenti mal-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-Koeżjoni 2007-13. Jiddefinixxi l-istrateġija magħżula mill-Istat Membru relevanti u jippreżenta elenku ta' Programmi ta' Ħidma (OPs) nazzjonali u reġjonali li jkun qed jipprova jimplimenta, kif ukoll allokazzjoni finanzjarja annwali indikattiva għal kull OP. L-NSRF għandu jkun konsistenti wkoll mal-Programm ta' Riforma Nazzjonali tal-Istat Membru (NRP) li jirreferi għall-Istrateġija ta' Liżbona għat-tkabbir u x-xogħol. More

Impjiegi

L-UE hi marbuta li tgħin lill-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tal-ekonomija globali u tara li jkollha rwol fit-tiswir ta' kundizzjonijiet tajbin biex jinħolqu l-impjiegi u jkun hemm tkabbir ekonomiku. Fl-2000 l-UE ġeddet l-aġenda ekonomika tagħha billi żviluppat l-Istrateġija ta' Liżbona. Din l-Istrateġija reġgħet ġiet varata fl-2005 b'għan aktar speċifiku fuq it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. More

Informazzjoni u pubbliċità

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE għandhom iżommu lill-pubbliku infurmat dwar il-Politika ta' Koeżjoni u l-proġetti finanzjati li tappoġġa. Minħabba li jintefqu biljuni ta' ewro permezz tal-Fondi Strutturali, hu vitali li l-komunitajiet lokali jirċievu dettalji ċari dwar kif se jibbenefikaw u kif qed jintefqu l-flus ta' dawk li jħallsu t-taxxi. More

Innovazzjoni

L-innovazzjoni, kemm jekk hi relatata mal-iżvilupp ta' prodotti, proċessi jew tekniki organizzattivi ġodda, tista' tgħin lill-operaturi ekonomiċi jsiru iktar kompetittivi. L-Unjoni Ewropea hi konxja sew minn dan u tqiegħed it-trawwim tal-innovazzjoni fil-qalba tal-Istrateġija għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi tagħha. More

Inġinerija finanzjarja

Biex il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-13 tkun iktar effiċjenti u sostenibbli, u biex jgħinu ukoll fl-appoġġ tal-proċess ta' Liżbona, mill-2006 ġew żviluppati inizjattivi ta' assistenza teknika u ta' inġinerija finanzjarja. Dawn huma strumenti konġunti appoġġati mill-Kummissjoni Ewropea u minn għadd ta' istituzzjonijiet imsieħba. Fosthom hemm il-BEI, l-EIF, l-EBRD, is-CEB u l-KfW. Dawn l-istrumenti jinkludu: JASPERS - 'Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej' - għall-appoġġ tat-tħejjija ta' proġetti kbar; JEREMIE - 'Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji' - għat-titjib tal-aċċess għall-kreditu għall-SMEs u n-negozji; JESSICA - 'Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet' - għal provvediment ta' finanzjament sostenibbli għall-iżvilupp urban; JASMINE - 'Azzjoni Konġunta għall-Appoġġ tal-Istituzzjonijiet tal-Mikrofinanzi fl-Ewropa' - għall-provvediment tal-għajnuna teknika biex jitjieb l-aċċess għall-mikrokreditu. More

Ir-reġjuni l-aktar imbiegħda

Seba' reġjuni fl-Unjoni Ewropea huma klassifikati bħala 'imbiegħda': l-erba' dipartimenti barranin ta' Franza (il-Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, Martinique, Réunion); il-Komunità Awtonoma Spanjola tal-Gżejjer Kanarji; ir-reġjuni awtonomi Portugiżi tal-Ażores u Madeira. More

JASMINE

JASMINE hija l-Azzjoni Konġunta għas-sostenn tal-istituzzjonijiet mikrofinanzjarji fl-Ewropa. Hija waħda minn erba' inizjattivi ġodda dwar l-inġinerija finanzjarja introdotti skont il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-2013. b'baġit sħiħ ta' €50 miljun, JASMINE hija inizjattiva bi prova li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea (KE) flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF). More

JASPERS

JASPERS ('Assistenza konġunta ta'appoġġ għal proġetti fir-reġjuni Ewropej) huwa strument konġunt appoġġjat mill-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u, minn Lulju 2008, il-KfW. Hija faċilità ta' għajnuna teknika disponibbli għat-12 l-Istat Membru li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-2004 u l-2007, sabiex jgħinhom fit-tħejjija ta' proġetti maġġuri li se jkunu appoġġati mill-fondi tal-UE. JASPERS toffri ġabra ta' esperjenza li tgħin lill-Istati Membri l-ġodda jisfruttaw bl-aħjar mod il-finanzjament disponibbli. L-għajnuna tista ssir disponibbli għall-istruttura tal-proġett u l-istadji ta' tħejjija sal-punt meta ssir deċiżjoni li jingħata l-finanzjament. JASPERS ilha topera mill-2006 u issa waslet viċin li tilħaq il-potenzjal ta' 58 persunal espert, ħafna minnhom ibbażati viċin tal-benefiċjarji fi tliet uffiċċji reġjonali f'Varsavja, Vjenna u Bukarest. More

JEREMIE

JEREMIE huma r-Riżorsi Konġunti Ewropej għall-Intrapriżi Mikro sa Medji. Huwa strument finanazjarju li ġie stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea bi sħab mal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF) biex itejjeb l-aċċess għall-finanazi għall-mikronegozji u l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) fir-reġjuni tal-UE. More

JESSICA

JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet) hija inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li ġiet żviluppata bil-kooperazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) u l-Kunsill tal-Bank Ewropew tal-Iżvilupp (CEB). More

Kategoriji tal-infiq

Il-kategoriji tal-infiq jgħinu biex titkejjel il-kontribuzzjoni li jagħtu l-programmi u l-proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. More

Koeżjoni Territorjali

It-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u ekonomika permezz tat-tnaqqis tad-distakki bejn ir-reġjuni fl-UE hija objettiv ċar tal-Komunità. It-Trattat ta' Liżbona, iffirmat fl-2007, jintroduċi dimensjoni terza: il-Koeżjoni Territorjali. More

Koeżjoni ekonomika u soċjali

Il-koeżjoni ekonomika u soċjali tesprimi s-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni tagħha, u taħdem favur żvilupp soċjo-ekonomiku bilanċjat madwar l-UE kollha.

Il-koeżjoni ekonomika u soċjali hi implimentanta permezz tal-Politika Reġjonali tal-UE, li ġiet inkorporata fit-Trattat tal-KE bit-Trattat ta' Maastricht tal-1992. Il-Politika Reġjonali tnaqqas id-differenzi strutturali bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri permezz ta' varjetà ta' operazzjonijiet li huma ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond ta' Koeżjoni. More

Kontroll u Verifika

It-terminu 'Kontroll u Verifika' jirreferi għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Il-ġestjoni u t-twassil tal-programmi jsiru mill-amministrazzjonijiet fil-livelli nazzjonali u sub-nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jassiguraw lill-Kummissjoni li l-Fondi qed jintefqu b'mod effettiv u skont ir-Regolamenti. Għandhom jipprovdu wkoll kontabilità affidabbli, sistemi ta' sorveljanza u ta' rappurtar finanzjarju u għandhom jidentifikaw l-entitajiet responsabbli u l-proċeduri biex jiżguraw dokumentazzjoni adegwata tal-verifika. More

Kooperazzjoni Bejn ir-Reġjuni

Il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni għandha l-għan li ttejjeb l-iżvilupp reġjonali permezz ta' trasferimenti ta' għarfien u skambji tal-esperjenzi bejn ir-reġjuni.

Il-Programm ta' Kooperazzjoni bejn ir-Reġjuni INTERREG IVC jagħmel parti mill-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea taħt il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13. Il-programm għandu l-għan li jtejjeb l-effettività tal-politiki ta' żvilupp reġjonali u jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni ekonomika u ż-żieda ta' kompetittività fl-Ewropa. More

Kooperazzjoni bejn il-fruntieri

It-52 programm ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri jagħmlu parti mill-Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea skont il-Politika ta' Koeżjoni għall-2007-13.

Il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri bejn reġjuni kontigwi għandha l-għan li tiżviluppa attivitajiet soċjali u ekonomiċi bejn il-fruntieri permezz ta' strateġiji ta' żvilupp konġunti. More

Kooperazzjoni transnazzjonali

Il-Kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tħeġġeġ sħubijiet integrati sew fl-impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali f'żona ta' kooperazzjoni transnazzjonali. Dawn is-sħubijiet jirrappreżentaw livelli differenti ta' gvernijiet u amministrazzjoni, jilqgħu kemm entitajiet mis-settur pubbliku kif ukoll privat u ta' oqsma politiki differenti. More

Korrezzjonijiet finanzjarji

Il-korrezzjonijiet finanzjarji jikkonsistu fl-irtirar tal-fondi li jsir meta l-pagamenti lill-proġetti appoġġati mill-UE jkunu saru bi żball minħabba irregolarità bħal frodi.

Il-Kummissjoni hi marbuta li tirkupra l-fondi li jinkisbu jew jintużaw b'mod qarrieq, u tuża l-forza kollha tal-liġi biex tintraċċa dawn il-pagamenti. L-iskjerament tal-korrezzjonijiet finanzjarji jista' jinkludi l-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali ta' kontribuzzjoni tal-UE għal Programm Operattiv. More

Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi

Il-Kumitat ta' Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF) hu kumitat permanenti tal-Kummissjoni Ewropea. Ir-rwol tiegħu hu li jiddiskuti kwistjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti li jirregolaw il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Il-Kumitat normalment jiltaqa' kull xahar u hu ppresedut mill-Kummissjoni Ewropea. Jattendu wkoll l-uffiċjali mill-Istati Membri. More

Kumitat ta' sorveljanza

L-Istati Membri jridu jaħtru kumitati ta' sorveljanza biex jaraw li l-Programmi ta' Ħidma (OPs) li jużaw il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni jkunu qed jiġu implimentati kif suppost. Dawn il-kumitati jitmexxew mill-Istat Membru relevanti (jew awtorità ta' ġestjoni) u jkunu magħmula minn imsieħba reġjonali, ekonomiċi u soċjali. More

Kumitat tar-Reġjuni

Il-Kumitat tar-Reġjuni hu entità konsultattiva li tippermetti l-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fil-ħidma leġiżlattiva tal-UE.

It-344 membru tiegħu normalment huma politiċi eletti lokali jew reġjonali, mexxejja ta' gvernijiet reġjonali, jew sindki tal-ibliet. Jinħatru għal ħames snin mill-Kunsill abbażi ta' proposta minn kull pajjiż, f'numri li jirriflettu l-popolazzjonijiet nazzjonali. Il-president u l-bureau tal-Kumitat jinħatru mill-membri għal kariga ta' sentejn u nofs. More

L-Istrateġija ta' Liżbona

L-Istrateġija ta' Liżbona ġiet imwaqqfa mill-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern fil-Kunsill Ewropew ta' Liżbona f'Marzu 2000. Hija azzjoni u pjan ta' żvilupp għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku fl-UE. Il-miżuri ta' politika proposti fl-Istrateġija ta' Liżbona jkopru firxa wiesgħa ta' politiki nazzjonali u Komunitarji. Għandhom l-għan li jappoġġaw l-għarfien u l-innovazzjoni, jagħmlu l-Ewropa post iktar attrajenti għax-xogħol u l-investiment, u joħolqu aktar impjiegi tajbin. More

L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA)

L-Istrument għall-Għajnuna ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) ġie stabbilit mill-UE biex jappoġġa lill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali.

L-IPA ikopri l-perjodu 2007-13 u jieħu post għadd ta' programmi qodma ta' qabel l-adeżjoni mal-UE bħal PHARE, ISPA, SAPARD u CARDS kif ukoll l-istrument finanzjarju għat-Turkija. More

L-Objettiv tal-Kompetittività u Impjiegi Reġjonali

Dan hu wieħed mit-tliet objettivi prijoritarji tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea għall-2007-13. L-għan hu li tissaħħaħ il-kompetittività u l-attrazzjoni kif ukoll l-impjiegi fir-reġjuni li mhumiex inklużi fl-Objettiv ta' Konverġenza (li jkopri l-aktar reġjuni żvantaġġati). Huwa mfassal biex jilqa' għat-tibdil soċjali u ekonomiku, jippromwovi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, il-ħarsien ambjentali, l-aċċessibilità, l-adattabilità, u l-iżvilupp ta' swieq tax-xogħol inklussivi. Għandu jiġi ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) u l-Fond Soċjali Ewropew (ESF). More

L-awtorità li tħallas

Skont il-Politika l-ġdida ta' Koeżjoni għall-2007-13, awtorità li tħallas issa hija magħrufa bħala awtorità ta' ċertifikazzjoni. Madankollu, ir-responsabbiltajiet ta' dawn l-entitajiet jibqgħu l-istess bħal ma kienu fil-perjodu ta' pprogrammar 2000-06 More

L-awtorità ta' ġestjoni

Taħt l-awspiċi tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-13, awtorità ta' ġestjoni tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni effiċjenti ta' Programm ta' Ħidma.

Awtorità ta' ġestjoni tista' tkun ministeru nazzjonali, awtorità reġjonali, kunsill lokali, jew xi entità pubblika jew privata oħra li tiġi nnominata u approvata mill-Istat Membru. L-Awtoritajiet ta' ġestjoni jridu jaħdmu skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba. More

L-irkupru (ta' fondi)

Jeżistu tliet ċirkostanzi fejn il-Kummissjoni Ewropea jkollha titlob lill-Istati Membri relevanti għal rimborż (irkupru) ta' finanzjament strutturali.

L-ewwel, meta l-kontribuzzjonijiet finanzjari lill-Istat Membru ma kinux kollha meħtieġa. Ir-regoli finanzjarji tal-UE jkunu jirrikjedu l-irkupru ta' dawn l-ammonti ta' flus. More

Linji Gwida Strateġiċi Komunitarji dwar il-Koeżjoni 2007-13

Dawn il-Linji Gwida huma parti importanti mill-Politika ta' Koeżjoni l-ġdida peress li jsaħħu d-dimensjoni strateġika tagħha. Tħejjew mill-Kummissjoni Ewropea u ġew adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (jiġifieri mill-Istati Membri kollha). Il-Linji Gwida jiddefinixxu l-prijoritajiet ta' pprogrammar fil-livell Ewropew għal perjodu ta' seba' snin. Kull Stat Membru mbagħad jippreżenta 'Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali' skont dawn il-Linji Gwida. Il-Linji Gwida jikkontribwixxu għall-kisba ta' riżultati f'oqsma oħra ta' prijorità tal-UE, eż dawk li joħorġu mill-Istrateġija ta' Liżbona u l-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi. L-investiment, l-impjiegi, l-għarfien u l-innovazzjoni huma eżempji tal-oqsma koperti. More

N+2, n+3

N+2 u n+3 jirreferu għar-regoli finanzjarji għall-allokazzjoni annwali tal-flus mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea.

Jekk il-finanzjament in kwistjoni ma jintefaqx qabel id-data, il-Kummissjoni tista' 'tneħħi l-impenn' fuq allokazzjonijiet tal-baġit fil-ġejjieni. It-tneħħija ta' impenji awtomatiċi sseħħ jekk il-finanzjament ma jintefaqx, jew ma jsirux rikjesti għal pagamenti, sal-aħħar tat-tieni sena (n+2). Din id-data ta' skadenza tiġi estiża għal tliet snin (n+3) għall-Istati Membri l-ġodda u għall-Greċja u l-Portugal sal-2010. More

NUTS

In-'nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika' (NUTS) ġiet maħluqa mill-Uffiċċju Ewropew għall-Istatistika (Eurostat) sabiex tiġi applikata statistika komuni li tkun standard madwar l-Unjoni Ewropea kollha. More

Negozjati ta' adeżjoni

Qabel ma' Stat Membru jkun jista' jidħol fl-Unjoni Ewropea jridu jiġu konklużi n-negozjati ta' adeżjoni.

Il-Qafas ta' Negozjar jipprovdi linji gwida għan-negozjati, li jsiru permezz ta' Konferenza Intergovernattiva bilaterali (UE/pajjiż kandidat). More

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

In-Netwerks Trans-Ewropej jikkonsistu fit-trasport, l-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet bejn il-fruntieri u huma msemmija fl-Artikoli 154, 155 u 156 tat-Trattat tal-KE. L-għan hu li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq waħdieni Ewropew billi jiffaċilitaw il-moviment ħieles tal-oġġetti, in-nies u s-servizzi. Azzjonijiet taħt it-TENs iridu jippromwovu l-interoperabilità tan-netwerks nazzjonali u jiffaċilitaw l-aċċess għalihom. More

Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

Dan l-objettiv hu maħsub biex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, u l-kooperazzjoni transnazzjonali u inter-reġjonali abbażi tal-inizjattiva l-qadima INTERREG u hu ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). More

Objettiv ta' Konverġenza

Dan hu wieħed mit-tliet objettivi prijoritarji tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għall-2007-13. Jixbah ħafna lil dak li kien 'Objettiv 1'. L-Objettiv ta' Konverġenza għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati li baqgħu lura biex jingħalaq iktar malajr id-distakk tagħhom li jifridhom minn mal-medja tal-UE billi jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. More

Opportunitajiet Indaqs

L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi s-sinsla tal-liġi tal-UE u tat-tfassil tal-politika.

L-UE hi impenjata li tiżviluppa miżuri biex tiżgura l-opportunitajiet indaqs u l-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni, hu x'inhu s-sess tagħhom. L-etos japplika fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika, soċjali, kulturali u tal-familja. L-UE qed tkompli taħdem għall-ugwaljanza bejn is-sessi biex issaħħaħ id-drittijiet ta' ugwaljanza u tiġġieled kontra d-diskriminazzjoni. More

Pagamenti

Meta l-Kummissjoni tqassam il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE għall-Programmi ta' Ħidma bejn 2007 u l-20013, tista' tagħmel tliet tipi ta' pagamenti:

More

Perspettiva Ewropea għall-Iżvilupp Spazjali (ESDP)

Il-kunċett oriġinali wara l-ESDP jmur lura għas-sittinijiet Wara diskussjonijiet intensivi, din ġiet uffiċjalment addottat f'Mejju 1999 mill-ministri bir-responsabbiltà għall-ippjanar reġjonali fil-15-il Stat Membru. L-ESDP hi qafas għal linji gwida ta' politika maħsuba biex ittejjeb il-kooperazzjoni f'politiki settorjali tal-UE li għandhom impatt sinifikanti fuq l-iżvilupp spazjali u territorjali. Għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-koordinazzjoni ta' politiki nazzjonali f'dan il-qasam. L-ESDP hi msejsa fuq tliet prinċipji ewlenin: l-iżvilupp ta' sistema urbana bilanċjata u poliċentrika u relazzjoni mġedda bejn l-ibliet u l-kampanja; l-iżgurar ta' aċċess ugwali għall-infrastrutturi tal-għarfien; u l-iżvilupp sostenibbli, il-ġestjoni intelliġenti u l-konservazzjoni tal-assi naturali u kulturali. More

Politika ta' Koeżjoni

Il-Politika ta' Koeżjoni hi l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea biex tippromwovi u tappoġġa "l-iżvilupp armonjuż ġenerali" tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha.

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Art. 174), il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas id-differenzi fil-livell tal-iżvilupp bejn ir-reġjuni. Il-politika tiffoka fuq l-oqsma ewlenin li jgħinu lill-UE tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21 u tibqa' globalment kompetittiva. More

Premijiet RegioStars għal proġetti innovattivi

'RegioStars' hija parti mill-inizjattiva 'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika', li tippromwovi l-iskambju ta' esperjenzi u prattiki tajba bejn ir-reġjuni Ewropej bħala mod kif tittejjeb l-innovazzjoni.

Il-premjazzjoni 'RegioStars' tiġi organizzata annwalment bil-għan li tidentifika u tiċċelebra proġetti ta' żvilupp reġjonali appoġġati mill-Politika Reġjonali tal-UE. Il-premijiet juru proġetti oriġinali u innovattivi biex b'hekk jipprovdu ispirazzjoni lil reġjuni oħra f'oqsma varji bħat-tibdil klimatiku u l-appoġġ fir-riċerka u n-negozju. More

Programm ta' Ħidma

L-Istati Membri jissottomettu l-Programmi ta' Ħidma tagħhom fil-qafas komuni tal-Linji Gwida Strateġiċi dwar il-Politika ta' Koeżjoni u abbażi l-Qafas ta' Referenza Strateġika Nazzjonali (NSRF). Kull Programm ta' Ħidma għandu x'jaqsam ma' wieħed mit-tliet objettivi ġodda u jistipula l-istrateġija ta' żvilupp b'għadd koerenti ta' prijoritajiet li jridu jsiru bl-għajnuna ta' fond uniku jew, fil-każ tal-objettiv ta' Konverġenza, bl-għajnuna tal-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. More

Programmar

L-ipprogrammar jirreferi għall-mekkaniżmu amministrattiv li jintuża biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni. Programmi multiannwali - magħrufa bħala Programmi ta' Ħidma - jiżguraw il-konsistenza u l-kontinwità tul perjodu ta' seba' snin. Il-programmi jirrelataw għal żoni ġeografiċi speċifiċi fil-livell nazzjonali u iċken, skont l-arranġamenti ta' governanza li jkun hemm fis-seħħ. L-għanijiet ta' programm jinkludu l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet ta' strateġija u azzjonijiet indikattivi, deskrizzjoni ta' allokazzjonijiet finanzjarji, u sinteżi tas-sistemi ta' tmexxija u kontroll. Il-perjodu ta' programmar attwali beda fl-2007 u jibqa' sejjer sal-2013. More

Proporzjonalità

Il-proporzjonalità tirregola l-mod kif l-Unjoni Ewropea teżerċita l-poteri tagħha. Taħdem bl-istess mod bħall-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità jfisser li, biex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-UE tieħu biss l-azzjoni meħtieġa. Il-prinċipju hu mniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jiddikjara: "Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni m'għandhomx imorru lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattati." More

Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (EGTC)

Ir-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jippromwovu l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u inter-reġjonali fl-UE. Xogħolhom jinkludi l-implimentazzjoni ta' programmi li qed jiġu kofinanzjati mill-UE jew kwalunkwe proġett Ewropew ieħor ta' kooperazzjoni bejn il-fruntieri. More

Rapport ta' koeżjoni

Ir-rapport ta' koeżjoni jsir kull tliet snin mill-Kummissjoni Ewropea biex tirrapporta l-progress lejn il-kisba tal-koeżjoni ekonomika u soċjali madwar l-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (verżjoni konsolidata tal-2008), ir-rapport għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill tal-Ministri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni. More

Rata ta' kofinanzjament

It-terminu 'rata ta' kofinanzjament' jirreferi għall-kontribuzzjoni li jagħti l-finanzjament tal-UE għal xi programm. Ġeneralment, il-kofinanzjament hu suġġetti għal limitu massimu, li jiġi ddefinit bħala perċentwal tal-valur totali tal-programm, jew parti minnu. Fil-kuntest speċifiku tal-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni 2007-13, l-Anness III tar-Regolament 1083/2006 jistabbilixxi l-limiti applikabbli għar-rati ta' kofinanzjament. More

Regolamenti

Ir-Regolamenti huma l-aktar forma qawwija ta' leġiżlazzjoni Komunitarja. Għandhom applikazzjoni diretta, huma ta' natura li torbot fl-intier tagħhom u huma infurzabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Il-Leġiżlazzjoni dwar il-Politika ta' Koeżjoni tal-UE normalment tieħu s-sura ta' Regolamenti. More

Reġjuni għall-Bidla Ekonomika

'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika' hija inizjattiva li tikkomplimenta l-Objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali 2007-13 tal-Politika ta' Koeżjoni. L-għan tagħha hu li tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba bejn ir-Reġjunii Ewropej bħala mod kif titkattar l-attività innovattiva. L-inizjattiva se tgħin lill-Politika Reġjonali tappoġġa l-għanijiet strateġiċi tal-UE biex tagħti spinta lit-tkabbir u l-impjiegi madwar l-Ewropa. More

Rilaxx

Skont il-prinċipju tar-rilaxx awtomatiku, jekk ammont allokat għal programm ma jintalabx sal-aħħar tat-tieni sena wara l-adozzjoni tal-programm, ma jibqax disponibbli għal dan il-programm. Il-mekkaniżmu ġie introdott fl-1999 għall-programmi fuq il-perjodu 2000-06 biex tiġi aċċelerata l-implimentazzjoni tal-programmi u titjieb is-sorveljanza tal-flussi tal-finanzjament tal-programmi. More

Sorveljanza

Il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni tal-UE jrid jintefaq b'mod effettiv u skont l-għan tiegħu. Għal din ir-raġuni, ġew stabbilitti proċeduri estensivi ta' sorveljanza u evalwazzjoni permezz tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biex jaraw li l-Programmi ta' Ħidma li jużaw il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni qed jaħdmu kif suppost u jwasslu għal riżultati li jistgħu jiġu verifikati skont kriterji maqbula. More

Strateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES)

L-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES) tgħin lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea joħolqu iktar impjiegi ta' natura aħjar. L-għanijiet, il-prijoritajiet u l-miri huma miftiehma fil-livell tal-UE. Imbagħad, il-gvernijiet jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-impjiegi. More

Strateġija ta qabel l-adeżjoni

Strateġija ta qabel l-adeżjoni tistabilixxi qafas għall-pajjiżi kandidati meta jippruvaw isiru membri tal-Unjoni Ewropea. Strateġija tistipola l-proċeduri u prijoritajiet li l-kandidati kollha jridu jżommu meta' jidħlu fi 'djalogu strutturat' mal-istituzzjonijiet tal-UE. More

Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI)

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) għandha l-għan li tappoġġa l-proċess ta' riforma politika, ekonomika u soċjali f'dawn il-pajjiżi ġirien tal-Unjoni Ewropea: l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Lebanon, il-Libja, il-Moldova, il-Marokk, l-Awtorità Palestinjana, is-Sirja, it-Tuniżija u l-Ukrajna. L-ENP tara li ssaħħaħ il-prosperità, l-istabilità, is-sigurtà, l-ekonomija tas-suq u t-tkabbir sostenibbli permezz ta' djalogu kontinwu ma' kull pajjiż imsieħeb. More

Sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin. Ħlief fil-każijiet fejn l-UE jkollha kompetenza esklużiva, l-azzjoni fil-livell Ewropew m'għandhiex tittieħed sakemm ma tkunx aktar effettiva minn azzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Is-sussidjarjetà hija marbuta mill-qrib mal-prinċipji ta' proporzjonalità u neċessità. Dan ifisser li kwalunkwe azzjoni tal-Unjoni m'għandhiex tmur lil hinn min-neċessarju biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat. More

Sħubija

Storikament l-Unjoni Ewropea żviluppat l-attivitajiet politiki reġjonali tagħha u ddistribwiet il-finanzjament Strutturali u ta' Koeżjoni permezz ta' proċess ta' sħubija, li jinkludi input sinifikanti mill-Istati Membri. More

Sħubija ta' Adeżjoni

Sħubija ta' Adeżjoni hi ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u pajjiż kandidat. Tidentifika l-oqsma ewlenin ta' prijorità fejn irid isir progress sabiex il-pajjiż kandidat jadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE. Tikkoordina wkoll l-għajnuna pprovduta mill-Unjoni Ewropea lil dak il-pajjiż. L-għajnuna finanzjarja tingħata bil-kundizzjoni li l-pajjiż kandidat jagħmel biżżejjed progress fl-oqsma ta' prijorità identifikati. More

Tkabbir

Bl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-1 ta' Jannar 2007, l-Unjoni Ewropea issa għandha 27 Stat Membru. It-tkabbir jirreferi għall-mewġiet ta' membri ġodda li ngħaqdu mal-UE. S'issa wieħed u għoxrin pajjiż ingħaqdu mas-sitt membri fundaturi tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda): More

Trasport

L-UE ħolqot qafas legali fis-settur tat-trasport bil-għan li jiffaċilita l-moviment ħielet tal-persuni u l-oġġetti madwar l-Unjoni. Skont it-Trattat tal-KE, il-miżuri fi ħdan dan il-qafas jinkludu:

Il-Politika tat-Trasport Komuni mhux biss tippromwovi Netwerk ta' Trasport Trans-Ewropea (TEN-T) madwar l-UE, iżda wkoll tappoġġa netwerk ta' trasport sostenibbli li jaħseb dwar l-ambjent. TEN-T tkopri t-trasport fuq it-toroq, l-ilmijiet u l-portijiet tal-baħar kif ukoll in-netwerk ta' ferroviji b'veloċità għolja Ewropea. More

URBACT - Programm ta' netwerk għall-Iżvilupp Urban

In-netwerk URBACT II huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni skont l-Objettiv ta' Kooperazzjoni Territorjali u huwa fis-seħħ mill-2007 sal-2013. L-għan tan-netwerk hu li jistimola l-innovazzjoni fir-riġenerazzjoni urbana billi jħeġġeġ l-ibliet jidentifikaw, jittrasferixxu u jxerrdu prattiki tajba. More

Żoni muntanjużi

Studju tal-Kummissjoni Ewropea fl-2004 wera li l-Unjoni Ewropea, in-Norveġja u l-Iżvizzera għandhom żoni urbani muntanjużi li jkopru madwar 1,900 km2 (xi 40.6 fil-mija mit-total tal-art). F'dawn iż-żoni muntanjużi jgħixu 94.3 miljun ruħ (19.1 fil-mija tal-popolazzjoni sħiħa tal-pajjiżi koperti mill-istudju). More

Żvilupp Rurali

Il-politika tal-UE dwar l-Iżvilupp Rurali tgħin iż-żoni rurali jiffaċċaw l-isfidi, u hija parti mill-metodu ta' politika orizzontali għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Linji gwida Strateġiċi tal-UE jipprovdu qafas ta' politika ġenerali, u r-regoli ġenerali huma stipulati fir Regolament tal-Kunsill 1698/2005 li jistabbilixxi l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD). Ir-Regolament jidentifika tliet oqsma ta' prijorità jew 'assi': More

Żvilupp sostenibbli

Il-kunċett ta' żvilupp sostenibbli jirreferi għal forma ta' żvilupp politiku li jipprova jissodisfa l-ħtiġijet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tas-soċjetà fil-qasir żmien kif ukoll fiż-żmien medju u - l-aktar importanti - fit-tul. Huwa msejjes fuq l-idea li l-iżvilupp irid jaqdi l-ħtiġijiet tal-lum mingħajr ma jipperikola l-ġid ta' ġenerazzjonijiet li għad iridu jaslu. Fil-prattika, dan ifisser li jinħolqu kundizzjonijiet għall-iżvilupp ekonomiku fit-tul filwaqt li jkun żgurat ir-rispett għall-ambjent. More

Żvilupp urban

L-iżvilupp urban għandu l-għan li jippromwovi investiment, tkabbir u impjiegi sostenibbli fiż-żoni urbani tal-Ewropa. Tul l-2007-13 il-programm URBAN m'għadux jeżisti bħala inizjattiva separata u se jkun integrat fil-programmi reġjonali. Ir-regoli l-ġodda tal-Politika ta' Koeżjoni jipprovdu strumenti għat-tisħiħ tad-dimensjoni urbana fil-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programmi. Dawn l-istrumenti jenfasizzaw il-ħtieġa li jkunu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni. Il-Linji gwida Strateġiċi tal-Komunità juru tipi ta' azzjoni speċifiċi għaż-żoni urbani li jistgħu jibbenifikaw mill-fondi reġjonali tal-UE. More

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a