Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Għotjiet Globali

L-Għotjiet Globali jgħinu lil organizzazzjonijiet żgħar non-governattivi, bħal gruppi volontarji u organizzazzjonijiet tal-komunità, jiksbu appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

Normalment, għal gruppi simili l-aċċess dirett għall-finanzjament tal-ESF hu diffiċli. L-Għotjiet Globali jagħtuhom l-opportunità li jitolbu finanzjament fuq skala żgħira (ta' madwar €15,000) biex imexxu proġetti li jgħinu lill-persuni żvantaġġati jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-proċess ta' applikazzjoni jissawwar u jitmexxa bla burokrazija żejda.

Entitajiet intermedji bħall-awtoritajiet lokali, l-assoċjazzjonijiet għall-iżvilupp reġjonali u l-NGOS imexxu u jimplimentaw l-Għotjiet Globali. L-intermedjarju fil-kwistjoni jintgħażel mill-Istat Membru jew l-awtorità reġjonali relevanti fi qbil mal-Kummissjoni Ewropea.

Għal aktar dettalji

Il-Fond Soċjali Ewropew

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a