Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Frodi

Minbarra li tagħmel parti mill-isforzi ġenerali għall-ġlieda kontra l-kriminalità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni tinvolvi wkoll il-ġlieda kontra l-attivitajiet illegali li jolqtu ħażin l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (UE). Din il-ġlieda tistrieħ fuq żewġ sisien legali:

  • l-Artikoli 67, 82, 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali
  • l-Artikoli 310, 324, 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-attivitajiet li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Komunità

L-interessi finanzjarji tal-UE huma mħarsa minn serje ta' regolamenti kontra l-frodi, kif ukoll mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), entità indipendenti li ilha tiġġieled kontra l-frodi minn Ġunju 1999. L-OLAF hu responsabbli għat-tmexxija ta' investigazzjonijiet amministrattivi kontra l-frodi fil-qrib mal-awtoritajiet legali u amministrattivi tal-Istati Membri, inklużi s-servizzi ta' investigazzjoni u l-pulizija.

Għal aktar dettalji

OLAF, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi English

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a