Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Korrezzjonijiet finanzjarji

Il-korrezzjonijiet finanzjarji jikkonsistu fl-irtirar tal-fondi li jsir meta l-pagamenti lill-proġetti appoġġati mill-UE jkunu saru bi żball minħabba irregolarità bħal frodi.

Il-Kummissjoni hi marbuta li tirkupra l-fondi li jinkisbu jew jintużaw b'mod qarrieq, u tuża l-forza kollha tal-liġi biex tintraċċa dawn il-pagamenti. L-iskjerament tal-korrezzjonijiet finanzjarji jista' jinkludi l-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali ta' kontribuzzjoni tal-UE għal Programm Operattiv.

Il-Kummissjoni għandha firxa ta' kontrolli disponibbli biex tiżgura li l-finanzjament tal-UE jintefaq kif suppost. Il-proċeduri ta' sorvlejar regolari, iċ-ċertifikazzjonijiet tal-infiq u miżuri stretti ta' verifika kollha jintużaw fil-ġlieda kontra l-frodi.

Għal aktar dettalji

Il-proċeduri tal-ġestjoni finanzjarja tad=DĠ REGIO

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a