Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Evalwazzjoni

Ġew identifikati tliet tipi ta' evalwazzjoni għall-perjodu ta' pprogrammar 2007-13: qabel (ex ante), matul (kontinwu), u wara (ex post). Il-Politika ta' koeżjoni hi evalwata fuq bażi ta' partenarjat. L-Istati Membri huma responsabbli għal evalwazzjoni ex ante filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea twettaq evalwazzjoni ex post.

L-evalwazzjonijiet kontinwi jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, iżda l-Kummissjoni tista' tagħmel evalwazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha, f'partenarjat mal-Istati Membri. Madankollu dan jista' jiġri biss meta jitqies neċessarju u meta tali evalwazzjonijiet ikunu iktar effettivi mill-evalwazzjonijiet li jsiru mill-Istati Membri (eż. evalwazzjonijiet strateġiċi b'dimensjoni mifruxa mal-UE kollha). Il-kompiti ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea jinkludu l-għoti ta' gwida dwar l-evalwazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri.

Għal aktar dettalji

Evalwazzjoni English Deutsch français

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a