Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

Dan l-objettiv hu maħsub biex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-fruntieri, u l-kooperazzjoni transnazzjonali u inter-reġjonali abbażi tal-inizjattiva l-qadima INTERREG u hu ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

Il-kooperazzjoni hi msejsa fuq ir-riċerka, l-iżvilupp, is-soċjetà tal-informazzjoni, l-ambjent, il-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni integrata tal-ilma. Ir-reġjuni eliġibbli huma dawk fil-livell NUTS III li jinsabu fil-fruntieri tal-art interni, il-fruntieri tal-art esterni u ċerti reġjuni fil-fruntieri marittimi mhux iktar minn 150 km imbiegħdin minn xulxin.

Fil-każ ta' netwerks għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenzi, it-territorju kollu tal-UE hu eliġibbli. Il-limitu għall-kofinanzjament tal-UE hu 75% tal-infiq pubbliku.

Għal aktar dettalji

Objettiv Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a