Navigation path

Additional tools

A sa Ż

Il-Fond Soċjali Ewropew (ESF)

Stabbilit fl-1958, l-ESF hu wieħed mill-istrumenti finanzjarji ewlenin tal-UE għall-appoġġ tal-politiki nazzjonali biex jiżdiedu l-impjiegi u l-opportunitajiet ta' impjieg, titjieb il-kwalità u l-produttività tax-xogħol, u jonqsu l-esklużjoni soċjali u d-differenzi bejn ir-reġjuni fil-qasam tal-impjiegi.

Għall-perjodu 2007-13, l-oqsma ewlenin ta' azzjoni għall-ESF jinkludu l-adattabilità tal-ħaddiema u l-intrapriżi, l-aċċess għall-impjiegi u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali tal-persuni żvantaġġati, il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, u l-ħolqien ta' partenarjati għall-ġestjoni tar-riformi fl-impjiegi. Tul l-istess perjodu, il-baġit għall-ESF se jiswa madwar €75 biljun.

Il-finanzjament tal-ESF hu maqsum bejn żewġ objettivi tal-Politika Reġjonali tal-UE għall-2007-13: 'Konverġenza' u 'Kompetittività Reġjonali u Impjiegi'.

Għal aktar dettalji

Il-Fond Soċjali Ewropew

Politika Reġjonali tal-UE: Żomm ruħek infurmat/a